Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’Awwissu 2014.
Levitiku 18:3 kif jgħinna biex ma niżviluppawx mod mgħawweġ ta’ kif niddeċiedu dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin? (Efes. 4:17-19) [7 ta’ Lul, w02 2/1 p. 29 para. 4]
Il-kmand f’Levitiku 19:2 x’jgħallimna, u kif nistgħu nobdu dan il-kmand? [7 ta’ Lul, w10 7/15 p. 19 para. 16]
X’nitgħallmu llum mill-prinċipju fil-liġi tal-qedem dwar it-tilqit? (Lev. 19:9, 10) [7 ta’ Lul, w06 6/15 pp. 22-23 para. 13]
Għala jista’ jingħad li l-liġi tal-Bibbja, “għajn b’għajn,” ma tinkuraġġixxix il-vendetta persunali? (Lev. 24:19, 20) [14 ta’ Lul, w10 1/1 p. 22 para. 3-4]
Meta kien ħażin li Iżraeli jitlob l-interessi fuq self ta’ flus, u meta ma kienx ħażin? (Lev. 25:35-37) [21 ta’ Lul, w04 5/15 p. 24 para. 3]
Ġeneralment, il-Bibbja għala tirreferi għat-12-il tribù ta’ Iżrael meta fil-fatt kien hemm 13? (Num. 1:49, 50) [28 ta’ Lul, w08 10/1 p. 27]
Liema lezzjoni dwar li nuru konsiderazzjoni lejn dawk avvanzati fl-età nistgħu nisiltu mir-rakkont li nsibu f’Numri 8:25, 26 dwar is-servizz obbligatorju tal-Leviti? [11 t’Aww, w04 8/1 p. 25 para. 1]
Wara l-eżodu mirakoluż tagħhom mill-Eġittu, l-Iżraelin għala bdew jilmentaw, u x’lezzjoni vitali nitgħallmu minn dan ir-rakkont? (Num. 11:4-6) [18 t’Aww, w95 3/1 pp. 29-30 para. 10]
X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif irreaġixxa Mosè meta Eldad u Medad bdew jaġixxu bħala profeti? (Num. 11:27-29) [18 t’Aww, w04 8/1 p. 26 para. 4]
Liema prinċipju ta’ valur nistgħu nitgħallmu mill-kmand li ngħata lill-Iżraelin biex “jagħmlu għalihom infushom frenża fit-truf ta’ djul ilbieshom”? (Num. 15:37-39) [25 t’Aww, w04 8/1 p. 26 para. 7]