Skeda għall-ġimgħa li tibda fl-1 ta’ Settembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FL-1 TAʼ SETTEMBRU
Għanja 46 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 12 ¶9-15 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Numri 17-21 (10 min.)
Nru. 1: Numri 17:1-13 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: X’qed twettaq is-Saltna t’Alla?—fg lezzjoni 7, mistoqsija 5 (5 min.)
Nru. 3: Bint Ġefta—Is-servizz full-time hu premjanti—w07 5/15 p. 9 ¶6–p. 10 ¶4 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Offri r-rivisti f’Settembru. Diskussjoni. Ibda billi turi kif ir-rivisti jistgħu jiġu offruti billi tuża l-eżempji ta’ preżentazzjonijiet f’din il-paġna. Imbagħad eżamina l-eżempji ta’ preżentazzjonijiet mill-bidu sal-aħħar.
10 min: Kif morna? Diskussjoni. Stieden lill-pubblikaturi jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw billi applikaw il-punti mill-artiklu “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—B’wiċċna minn quddiem nitkellmu favur is-Saltna.” Staqsi lill-udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi persunali dwar l-isfidi ta’ li jitkellmu favur is-Saltna. Kif irnexxielhom jegħlbu dawn l-isfidi?
10 min: Rapport dwar il-kampanja speċjali tagħna. Taħdita mill-indokratur tas-servizz. Iġbor fil-qosor il-punti prinċipali f’din il-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna dwar il-bżonn li nkomplu nirreklamaw is-Saltna. Il-kongregazzjoni kif applikat dawn is-suġġerimenti? X’kienu ftit mill-affarijiet li spikkaw matul il-kampanja?
Għanja 45 u Talba