Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
Biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt ta’ Settembru
“Ħafna nies jemmnu fl-anġli. Inti temmen fihom? [Agħti ċans għal tweġiba.] Bħala ħlejjaq spirti, l-anġli huma b’saħħithom ħafna. Però, inti taħseb li jistgħu jkunu t’għajnuna għalina? Il-Bibbja tgħidilna kif jgħinuna llum il-ġurnata.” Uri l-qoxra ta’ wara tat-Torri tal-Għassa tal-1 ta’ Settembru, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u agħmel arranġamenti biex tiddiskuti l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Settembru-Ottubru
“Inti taħseb li l-bniedem qed jirrovina l-art għalkollox? [Agħti ċans għal tweġiba.] Għalkemm il-bniedem mhuwiex kapaċi jsewwi l-ħsara li huwa stess għamel, il-Bibbja tgħidilna li Alla, mhux talli jista’, imma jixtieq jagħmel dan. F’Salmi 65:9 għandna din l-assiguranza. [Aqra.] Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tiddiskuti kif Alla se jieħu ħsieb l-art u kif aħna nistgħu ngawdu dawn il-barkiet futuri. Jimporta jekk inħalliha miegħek biex taqraha?”
Stenbaħ! Settembru-Ottubru
“Ħafna wħud iħossu li l-imgħallem qed iħaddimhom iżżejjed u ma jaraw l-ebda mod kif jistgħu jaħarbu mill-pressjoni li dan iġib miegħu. Xi esperti jgħidu li xogħol żejjed jista’ jwassal għal li tħossok eżawrit, u dan jista’ jikkaġuna ħsara fiżika u emozzjonali. Inti x’taħseb li jista’ jgħin lil dak li jkun biex ikollu ħajja bilanċjata? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara dan il-vers Bibliku ta’ interess. [Aqra Ekkleżjasti 4:6.] Din ir-rivista tispjega erba’ modi prattiċi ta’ kif naġġustaw il-prijoritajiet tagħna u dawn se jgħinuna jekk inħossuna eżawriti minħabba x-xogħol żejjed.”