LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 Diċembru p. 14
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Materjal Simili
  • Ġeħova—‘Dak li Ħarrab’ fi Żminijiet Bibliċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Għallimni Nagħmel ir-Rieda Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Ejja Ngħollu l-Isem taʼ Ġeħova Flimkien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 Diċembru p. 14

Mistoqsijiet Mill-qarrejja

Meta David kiteb Salm 61:8, hu qal li se jfaħħar isem Alla “għal dejjem.” Dan ifisser li hu ħaseb li qatt mhu se jmut?

Ir-Re David ikanta u jdoqq l-arpa.

Le. Imma dak li kiteb David kien vera.

Aħseb dwar x’kiteb f’dan il-vers u versi oħra: “Se nfaħħar bil-kant lil ismek għal dejjem hekk kif jum wara jum nagħmel dak li wegħedt.” “Ġeħova Alla tiegħi, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha, u se nigglorifika lil ismek għal dejjem.” “Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem.”—Salm 61:8; 86:12; 145:1, 2.

Meta David kiteb dawn il-versi, hu ma kienx qed jaħseb li mhux se jmut. Hu kien jaf li n-nies imutu minħabba d-dnub. U hu stess ammetta li kien għamel id-dnubiet f’ħajtu. (Ġen. 3:3, 17-19; Salm 51:4, 5) Hu kien jaf ukoll li anki rġiel leali bħal Abraham, Iżakk, u Ġakobb kienu mietu. U David kien jaf li hu se jmut. (Salm 37:25; 39:4) Imma li kiteb f’​Salm 61:8 juri kemm vera xtaq ifaħħar lil Alla għal dejjem, jiġifieri sakemm imut.—2 Sam. 7:12.

Kultant, David kiteb dwar dak li kien għaddej minnu f’ħajtu. Pereżempju, dan nistgħu narawh mis-superskrizzjonijiet taʼ Salmi 18, 51, u 52. F’​Salm 23, David jiddeskrivi lil Ġeħova bħala ragħaj li jagħtina d-direzzjoni, jinkuraġġina, u jipproteġina. David kien ragħaj tajjeb bħalu u ried jaqdih ‘għal ħajtu kollha.’—Salm 23:6.

Ftakar li Ġeħova qal lil David x’għandu jikteb. Xi affarijiet li kiteb kienu profeziji li kellhom jiġru ħafna iktar tard. Pereżempju f’​Salm 110, David kiteb dwar żmien meta l-Mulej ‘joqgħod bilqiegħda fuq il-lemin t’Alla’ fis-sema u jirċievi l-awtorità. Għala? Biex jikkontrolla l-għedewwa t’Alla u “jagħmel ġudizzju kontra l-popli” fuq l-art. Ġesù, li kien il-Messija, ġie mill-familja taʼ David. Il-Messija kellu jmexxi mis-sema u jkun “qassis għal dejjem.” (Salm 110:1-6) Ġesù qal li l-profezija f’​Salm 110 kienet dwaru u li kellha ssir fil-futur.—Mt. 22:41-45.

Ġeħova ggwida lil David biex jikteb dwar iż-żmien meta kien qed jgħix hu u dwar żmien fil-futur meta David kien se jiġi rxoxtat u setaʼ jfaħħar lil Ġeħova għal dejjem. Allura Salm 37:10, 11, u 29 japplika għaż-żmien meta nkiteb u anki għall-futur. Dak li hemm miktub fil-versi ġara fi żmien l-Iżraelin u se jiġri wkoll fil-futur meta Alla jwettaq il-wegħdi tiegħu.—Ara paragrafu 8 tal-artiklu f’din il-ħarġa “Int Tkun fil-Ġenna Miegħi.”

Salm 61:8 u versi oħra juruna li David xtaq ifaħħar lil Ġeħova f’Iżrael sakemm imut. U juruna wkoll x’se jagħmel David fil-futur meta Ġeħova jirxoxtah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja