LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 41
  • Il-Bibbja x’Tgħid Dwar it-Trasfużjonijiet tad-Demm?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja x’Tgħid Dwar it-Trasfużjonijiet tad-Demm?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-Ħajja u d-Demm—Tittrattahom Int Bħala Sagri?
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Qis il-​Ħajja bil-​Mod Kif Iqisha Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Id-Demm–Vitali għall-Ħajja
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 41

Il-Bibbja x’Tgħid Dwar it-Trasfużjonijiet tad-Demm?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja tagħtina l-kmand biex ma niħdux demm. Għalhekk, m’għandniex naċċettaw demm sħiħ jew il-komponenti primarji tiegħu fi kwalunkwe forma, sew jekk f’għamla taʼ ikel u sew jekk f’għamla taʼ trasfużjoni. Innota l-iskritturi li ġejjin:

  • Ġenesi 9:4. Alla ppermetta lil Noè u lill-familja tiegħu jieklu l-laħam tal-annimali wara d-Dilluvju iżda kkmandahom biex ma jiħdux id-demm. Alla qal lil Noè: “Huwa biss il-laħam b’ruħu—demmu—li ma tistgħux tieklu.” Dan il-kmand beda japplika għall-umanità kollha minn dakinhar ’il quddiem għax aħna lkoll dixxendenti taʼ Noè.

  • Levitiku 17:14. “Ma tridu tieklu d-demm t’ebda tip taʼ laħam, għaliex ir-ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu. Kulmin jieklu jiġi maqtugħ.” Alla kien iqis ir-ruħ, jew il-ħajja, bħala li tinsab fid-demm u li tappartjeni lilu. Għalkemm din il-liġi kienet ngħatat biss lill-ġens taʼ Iżrael, turi kemm Alla kien iqisha bis-serjetà l-liġi kontra li wieħed jiekol id-demm.

  • Atti 15:20. ‘Tbiegħdu mid-demm.’ Lill-Kristjani, Alla tahom l-istess kmand li kien ta lil Noè. L-istorja turi li l-Kristjani tal-bidu kienu jirrifjutaw li jieklu demm sħiħ, jew li jużawh minħabba raġunijiet mediċi.

Alla għala jagħtina l-kmand biex nitbiegħdu mid-demm?

Hemm evidenza medika li t-trasfużjonijiet tad-demm huma taʼ periklu għal saħħitna. Iżda, iktar importanti minn hekk, Alla jagħtina l-kmand li nitbiegħdu mid-demm għax dak li jirrappreżenta huwa sagru għalih.—Levitiku 17:11; Kolossin 1:20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja