LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 26
  • Alla Jgħinni Jekk Nitlob?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Jgħinni Jekk Nitlob?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Ġeħova Jismagħna?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • Alla Jismaʼ t-Talb Tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Nersqu Qrib T’Alla Fit-Talb
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 26

Alla Jgħinni Jekk Nitlob?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva, Alla jgħin lil dawk li b’mod sinċier jitolbu għal affarijiet li huma fi qbil mar-rieda tiegħu. Anki jekk qatt ma tlabt qabel, l-eżempji mill-Bibbja taʼ dawk li talbu, “Alla, għinni,” jistgħu jinkuraġġuk. Pereżempju:

  • “Għinni, Mulej, Alla tiegħi; eħlisni skond il-ħniena tiegħek.”—Salm 109:26, Saydon.

  • “Ninsab fil-bżonn u batut: O Alla, għinni.”—Salm 69:6, Douay Version.

M’għandniex xi ngħidu, il-kittieb taʼ dan il-kliem kellu fidi qawwija f’Alla. Madankollu, Alla jismaʼ lil kull min idur lejh b’attitudni tajba, bħalma huma dawk taʼ “qalbhom maqsuma” jew “bi spirtu miksur.”—Salm 34:18.

M’għandekx għalfejn tibżaʼ li Alla hu tant ’il bogħod li ma jimpurtahx mill-problemi tiegħek. Il-Bibbja tgħid: “Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah; imma lill-kburi jafu biss mill-bogħod.” (Salm 138:6) Fil-fatt, lid-dixxipli tiegħu, Ġesù darba qalilhom: “Saħansitra x-xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.” (Mattew 10:30) Alla josserva dettalji dwarek li lanqas int m’int konxju tagħhom. Mela kemm iktar se jisimgħek jekk titolbu għall-għajnuna bl-ansjetajiet tiegħek!—1 Pietru 5:7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja