LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 104
  • Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù kif inhu “fidwa għal ħafna”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù kif inhu “fidwa għal ħafna”?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Rahan li Jikkorrispondi Għal Kulħadd
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Ġeħova jipprovdi “fidwa għall-kotra”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 104
Miżien bilanċjat taʼ ġustizzja bejn Adam u Ġesù

Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù kif inhu “fidwa għal ħafna”?

It-tweġiba tal-Bibbja

Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù hu l-mezz li bih Alla jeħles, jew isalva, lill-umanità mid-dnub u l-mewt. Il-Bibbja tirreferi għad-demm imxerred taʼ Ġesù bħala prezz tal-fidwa. (Efesin 1:7; 1 Pietru 1:18, 19) B’hekk, Ġesù qal li hu ġie biex “jagħti ruħu b’fidwa għal ħafna.”—Mattew 20:28.

Għala kienet meħtieġa “fidwa għal ħafna”?

L-ewwel raġel, Adam, kien maħluq perfett, jew mingħajr dnub. Hu kellu l-prospett li jgħix għal dejjem imma tilef dan il-prospett meta għażel li ma jobdix lil Alla. (Ġenesi 3:17-19) Meta kellu t-tfal, dawn wirtu d-difett tad-dnub mingħandu. (Rumani 5:12) Għal din ir-raġuni, il-Bibbja tgħid li Adam ‘biegħ’ lilu nnifsu u lil uliedu fil-jasar tad-dnub u l-mewt. (Rumani 7:14) Peress li huma imperfetti, ħadd minnhom ma setaʼ jixtri lura dak li tilef Adam.—Salm 49:7, 8.

Alla ħass mogħdrija għad-dixxendenti t’Adam minħabba s-sitwazzjoni bla tama li kienu fiha. (Ġwanni 3:16) Madankollu, minħabba l-livelli tal-ġustizzja tiegħu, Alla ma setax jaqbad u jinjora jew jiskuża d-dnub tagħhom mingħajr raġuni valida. (Salm 89:14; Rumani 3:23-26) Alla jħobb lill-bnedmin, allura hu pprovda l-mezz legali li kien hemm bżonn biex id-dnubiet tagħhom mhux biss jiġu maħfurin imma wkoll eliminati. (Rumani 5:6-8) Il-fidwa hi din il-bażi legali.

Il-fidwa kif taħdem?

Fil-Bibbja, il-kelma “fidwa” tinvolvi dawn it-tliet tifsiriet:

  1. Hija ħlas.—Numri 3:46, 47.

  2. Tipprovdi ħelsien.—Eżodu 21:30.

  3. Taqbel mal-valur taʼ dak li tkun qed tħallas għalih, jew tkoprih.a

Ikkunsidra kif dawn it-tifsiriet japplikaw għas-sagrifiċċju bħala fidwa taʼ Ġesù Kristu.

  1. Ħlas. Il-Bibbja tgħid li l-Kristjani kienu “mixtrijin bi prezz.” (1 Korintin 6:20; 7:23) Dan il-prezz hu d-demm taʼ Ġesù, li bih xtara “għal Alla bnedmin minn kull tribù u lsien u poplu u ġens.”—Rivelazzjoni 5:8, 9.

  2. Ħelsien. Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù jipprovdi “ħelsien b’fidwa” mid-dnub.—1 Korintin 1:30; Kolossin 1:14; Ebrej 9:15.

  3. Qbil. Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù jaqbel eżattament maʼ dak li tilef Adam—ħajja umana perfetta. (1 Korintin 15:21, 22, 45, 46) Il-Bibbja tgħid: “Bħalma bid-diżubbidjenza taʼ bniedem wieħed [Adam] ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza taʼ persuna waħda [Ġesù Kristu] ħafna se jsiru ġusti.” (Rumani 5:19) Dan jispjega kif il-mewt taʼ bniedem wieħed tistaʼ tħallas il-fidwa għal ħafna midinbin. Infatti, is-sagrifiċċju taʼ Ġesù hu “fidwa ekwivalenti” għal dawk kollha li jieħdu l-passi meħtiġin biex jibbenefikaw minnha.—1 Timotju 2:5, 6.

a Fil-Bibbja, il-kliem oriġinali tradott “fidwa” jagħti l-idea taʼ prezz, jew xi ħaġa taʼ valur, li jitħallas. Pereżempju, il-verb Ebrajk kafar bażikament ifisser “li tgħatti.” Ġeneralment jirreferi għal meta d-dnubiet jiġu mgħottijin. (Salm 65:3) In-nom relatat miegħu kofer jirreferi għall-prezz li jitħallas biex dan isir, jew għall-ħelsien. (Eżodu 21:30) B’mod simili, il-kelma Griega litron, li ġeneralment tiġi tradotta “fidwa,” tistaʼ tiġi tradotta wkoll bħala “prezz tal-ħelsien.” (Mattew 20:28; The New Testament in Modern Speech, taʼ R.  F.  Weymouth) Kittieba Griegi kienu jużaw din il-kelma biex jirreferu għal prezz li jitħallas għall-ħelsien taʼ xi priġunier tal-gwerra jew taʼ xi lsir.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja