Ħosea
1 Il-kelma taʼ Ġeħova+ li ġiet għand Ħosea+ bin Begħeri fi żmien+ Użżija,+ Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam+ bin Ġowas,+ is-sultan taʼ Israel. 2 Ġeħova beda jitkellem permezz taʼ Ħosea, u Ġeħova qal lil Ħosea: “Mur,+ ħu għalik mara li se tiżni u int se jkollok tfal miż-żína, għax żgur li minħabba ż-żína l-art ma tibqax timxi wara Ġeħova.”+
3 U hu mar u ħa lil Gomer bint Diblajm, u hi ħarġet tqila u maż-żmien wilditlu iben.+
4 U Ġeħova kompla jgħidlu: “Semmih Ġeżragħel,+ għax ftit taż-żmien ieħor nitlob kont taʼ l-atti taʼ tixrid taʼ demm taʼ Ġeżragħel* mid-dar taʼ Ġeħu,+ u ntemm il-ħakma rjali taʼ dar Israel.+ 5 U jrid iseħħ f’dak il-jum li jien inkisser il-qaws+ taʼ Israel fil-pjanura l-baxxa taʼ Ġeżragħel.”
6 U hi ħarġet tqila darb’oħra u wildet bint. U Hu kompla jgħidlu: “Semmiha Lo-ruħama,*+ għax ma nurix iktar ħniena+ maʼ dar Israel, għax żgur li nkeċċihom.+ 7 Imma nuri ħniena maʼ dar Ġuda,+ u nsalvahom b’Ġeħova Alla tagħhom;+ imma m’iniex se nsalvahom b’qaws jew b’sejf jew bi gwerra, bi żwiemel jew b’rikkieba taż-żwiemel.”+
8 U maż-żmien qatgħet il-ħalib lil Lo-ruħama, u reġgħet ħarġet tqila u wildet iben. 9 Għalhekk, Hu qal: “Semmih Lo-għammi,* għax intom m’intomx il-poplu tiegħi u jien mhux se nkun Alla tagħkom.
10 “U l-għadd taʼ wlied Israel irid isir bħar-ramel tal-baħar li ma jistax jitkejjel jew jingħadd.+ U jrid iseħħ li fil-post fejn kien jintqalilhom, ‘M’intomx il-poplu tiegħi,’+ se jintqalilhom, ‘Ulied l-Alla l-ħaj.’+ 11 U wlied Ġuda u wlied Israel se jinġabru flimkien f’unità+ u jistabbilixxu għalihom infushom kap wieħed u joħorġu mill-art,+ għax kbir ikun il-jum taʼ Ġeżragħel.+