1 Slaten
21 U ġara wara dawn l-affarijiet li kien hemm għalqa tad-dwieli li kienet taʼ Nabot il-Ġeżragħeli, u din kienet f’Ġeżragħel,+ ħdejn il-palazz t’Aħab is-sultan tas-Samarija. 2 Għalhekk, Aħab kellem lil Nabot, u qallu: “Agħtini+ l-għalqa tad-dwieli tiegħek,+ sabiex nagħmilha ġnien+ tal-ħxejjex+ għalija, għax qiegħda viċin id-dar tiegħi; u minflokha nagħtik għalqa tad-dwieli aħjar minnha. Jew jekk jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk,+ nagħtik flus kemm tiswa.” 3 Imma Nabot qal lil Aħab: “Ma jgħaddilix minn moħħi,+ mill-ħarsa taʼ Ġeħova,+ li nagħtik wirt missirijieti.”+ 4 Għalhekk, Aħab mar id-dar, bin-nervi u mdejjaq minħabba kliem Nabot il-Ġeżragħeli, meta qallu: “M’iniex se nagħtik wirt missirijieti.” Imbagħad imtedd fuq soddtu u dawwar wiċċu+ u ma kielx.
5 U martu Ġeżabel+ daħlet ħdejh u qaltlu: “Għala għandek spirtu mnikket+ u m’intix tiekol?” 6 Għal dan wiġibha: “Għax kellimt lil Nabot il-Ġeżragħeli u għedtlu, ‘Agħtini l-għalqa tad-dwieli bil-flus. Jew, jekk tippreferi, nagħtik għalqa tad-dwieli oħra minflokha.’ Imma hu qalli, ‘M’iniex se nagħtik l-għalqa tad-dwieli tiegħi.’”+ 7 Imbagħad martu Ġeżabel qaltlu: “Hekk int issaltan fuq Israel?+ Qum, kul u ħalli qalbek tifraħ. Jien stess nagħtik l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli.”+ 8 Għaldaqstant kitbet xi ittri+ f’isem Aħab u mmarkathom bis-siġill tiegħu,+ u bagħtet l-ittri lix-xjuħ+ u lin-nobbli li kienu jgħammru maʼ Nabot fil-belt tiegħu. 9 Imma fl-ittri li kitbet qalet:+ “Iddikjaraw sawma u araw li Nabot joqgħod bil-qiegħda f’ras il-poplu. 10 U qabbdu lil żewġt irġiel,+ tnejn m’huma tajbin għal xejn,+ biex joqogħdu bil-qiegħda quddiemu, u jixhdu kontrih+ u jgħidu, ‘Int sħitt ’l Alla u lis-sultan!’+ U oħorġuh u ħaġġruh sa ma jmut.”+
11 Għalhekk, l-irġiel taʼ beltu, ix-xjuħ u n-nobbli li kienu jgħammru fil-belt tiegħu, għamlu bħalma bagħtet tgħidilhom Ġeżabel, bħalma kien hemm miktub fl-ittri li kienet bagħtitilhom.+ 12 U ddikjaraw sawma+ u raw li Nabot joqgħod bil-qiegħda f’ras il-poplu. 13 Imbagħad tnejn mill-irġiel, m’huma tajbin għal xejn, daħlu u poġġew quddiemu; u dawn l-irġiel bdew jixhdu kontrih, jiġifieri, kontra Nabot, quddiem il-poplu, u qalu: “Nabot seħet lil Alla u lis-sultan!”+ Wara dan ħarġuh barra l-belt u ħaġġruh u miet.+ 14 Imbagħad bagħtu jgħidu lil Ġeżabel: “Nabot ġie mħaġġar u miet.”+
15 U ġara li malli Ġeżabel semgħet li Nabot ġie mħaġġar u miet, Ġeżabel qalet lil Aħab: “Qum, ħu l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli,+ li ma riedx jagħtihielek bil-flus; għax Nabot m’għadux ħaj, imma miet.” 16 U hekk kif Aħab semaʼ li Nabot kien miet, hu mill-ewwel qam biex jinżel sa l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli ħalli jiħodha.+
17 U l-kelma taʼ Ġeħova+ ġiet għand Elija+ t-Tisbi, tgħid: 18 “Qum, inżel iltaqaʼ m’Aħab is-sultan taʼ Israel, li qiegħed fis-Samarija.+ Hu jinsab fl-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot, li niżel fiha biex jiħodha. 19 U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Wara li qtilt,+ se tieħu l-wirt ukoll?”’+ U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Fil-post+ fejn il-klieb lagħqu d-demm taʼ Nabot, il-klieb se jilagħqu d-demm tiegħek, iva, tiegħek.”’”+
20 U Aħab qal lil Elija: “Sibtni, ja għadu tiegħi?”+ Qallu: “Sibtek. ‘Talli begħt lilek innifsek biex tagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ 21 ara, se nġib gwaj fuqek;+ u niknes kollox warajk+ u neqred minn dar Aħab lill-irġiel u lis-subien kollha,+ sa l-iktar wieħed baxx f’Israel. 22 U nagħmel lil darek bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija, minħabba l-offiża li offendejtni biha int u mbagħad ġegħelt lil Israel jidneb ukoll.’+ 23 Iktar minn hekk, Ġeħova tkellem dwar Ġeżabel u qal, ‘Il-klieb stess se jieklu lil Ġeżabel fil-biċċa art f’Ġeżragħel.+ 24 Kulmin imut fil-belt minn dar Aħab jikluh il-klieb; u kulmin imut fl-għalqa jikluh it-tjur tas-smewwiet.+ 25 Ma kien hemm assolutament ħadd bħal Aħab,+ li biegħ lilu nnifsu biex jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, imħeġġeġ+ minn martu Ġeżabel.+ 26 U aġixxa b’mod mistkerrah ferm billi mar wara l-idoli moqżieża daqs id-demel,+ bħalma kienu għamlu l-Amurrin kollha, li Ġeħova kien keċċiehom minn quddiem ulied Israel.’”+
27 U malli semaʼ dan il-kliem, Aħab ċarrat ħwejġu u libes ilbies taʼ l-ixkora+ fuq il-laħam; u beda jsum u baqaʼ jimtedd fuq l-ixkejjer u jimxi b’qalbu maqtugħa.+ 28 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Elija t-Tisbi, tgħid: 29 “Rajt kif Aħab umilja ruħu minħabba fija?+ Talli umilja ruħu minħabba fija, ma nġibx il-gwaj fi żmienu.+ Fi żmien ibnu nġib il-gwaj fuq daru.”+