Filemon
1 Pawlu, priġunier+ għal Kristu Ġesù, u Timotju,+ ħuna, lil Filemon,* il-maħbub tagħna u ħaddiem seħibna,+ 2 u lil Appja, oħtna, u lil Arkippu,+ suldat seħibna,+ u lill-kongregazzjoni li hemm f’darek:+
3 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.+
4 Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi meta nsemmik fit-talb,+ 5 għax nismaʼ kontinwament dwar il-fidi u l-imħabba li għandek lejn il-Mulej Ġesù u lejn il-qaddisin kollha;+ 6 sabiex tkun attiv u taqsam il-fidi tiegħek+ m’oħrajn waqt li tirrikonoxxi kull ħaġa tajba li għandna minħabba Kristu. 7 Għax jien fraħt u tfarraġt ħafna bl-imħabba tiegħek,+ peress li l-qlub* tal-qaddisin sabu s-serħan+ permezz tiegħek, ħija.
8 Għalhekk, għalkemm għandi libertà kbira tal-kelma fi Kristu biex nordnalek+ tagħmel dak li hu xieraq, 9 qed inħeġġek pjuttost f’ġieħ l-imħabba,+ meta tqis min jien, Pawlu, raġel imdaħħal fiż-żmien, iva, issa wkoll priġunier+ għal Kristu Ġesù; 10 qed inħeġġek dwar ibni,+ li sirt missieru+ waqt li kont marbut il-ħabs, dwar Oneżimu,*+ 11 li qabel ma kienx utli għalik imma issa utli għalik u għalija.+ 12 Lil dan qed nibgħathulek lura, iva, lilu, li lejh għandi affezzjoni tenera.*+
13 Kieku nixtieq inżommu miegħi, biex ikompli jaqdini minflokok+ fl-irbit+ tal-ħabs li qed nissaporti għall-aħbar tajba. 14 Imma mingħajr il-kunsens tiegħek ma rrid nagħmel xejn, sabiex l-att tajjeb tiegħek ma jkunx qisu taʼ bilfors imma jkun minn jeddek.+ 15 Tassew, forsi kien minħabba f’hekk li telaq għal ftit, biex tieħdu lura għal dejjem, 16 mhux iktar bħala lsir+ imma bħala xi ħadd iktar minn ilsir,+ bħala ħu maħbub,+ speċjalment għalija, iżda kemm iktar għalik sew fiżikament u sew fil-Mulej. 17 Għalhekk, jekk tqisni bħala msieħeb,+ ilqgħu+ b’qalb tajba bħallikieku qed tilqaʼ lili. 18 Iktar minn hekk, jekk naqsek jew għandu jagħtik xi ħaġa, għoddha mal-kont tiegħi. 19 Jien, Pawlu, qed nikteb b’idi stess:+ Irroddu lura—biex ma ngħidlekx li, minbarra dan, int għandek tagħtini saħansitra lilek innifsek. 20 Iva, ħija, jalla nikseb profitt mingħandek fil-Mulej: serraħli qalbi+ fi Kristu.
21 Qed niktiblek għax jien fiduċjuż li se tilqaʼ t-talba tiegħi u naf li se tagħmel saħansitra iktar minn dak li qed ngħidlek.+ 22 U fl-istess ħin, lestili wkoll fejn noqgħod,+ għax qed nittama li permezz tat-talb+ tagħkom ningħata l-libertà+ għalikom.
23 Jibgħat iselli għalik Epafra,+ priġunier sieħbi f’unjoni maʼ Kristu, 24 kif ukoll Marku, Aristarku,+ Dema,+ Luqa, ħaddiema sħabi.
25 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej Ġesù Kristu tkun maʼ l-ispirtu li turu.+