1 Kronaki
4 Ulied Ġuda kienu Pereż,+ Ħesron,+ Karmi,+ Ħur,+ u Sobal.+ 2 U Regħaja,+ bin Sobal, nissel lil Ġaħat; Ġaħat, imbagħad, nissel lil Aħumaj u lil Laħad. Dawn kienu l-familji tas-Sorgħatin.+ 3 U dawn kienu wlied il-fundatur* t’Għetam:+ Ġeżragħel,+ Isma, Idbas, (u oħthom kien jisimha Ħasselelponi,) 4 Penwel, missier Gedor,+ u Għeżer, missier Ħusa. Dawn kienu wlied Ħur,+ l-ewwel imwieled t’Efrata, u Ħur kien missier Betlehem.+ 5 U Asħur,+ missier Tekogħa,+ kellu żewġ nisa, Ħela u Nagħra. 6 Maż-żmien, Nagħra wilditlu lil Aħużżam, Ħefer, Temeni, u Ħaħastari. Dawn kienu wlied Nagħra. 7 U wlied Ħela kienu Seret, Isħar, u Etnan. 8 U Kos nissel lil Għanub u lil Sobeba u lill-familji t’Aħarħel, bin Ħarum.
9 U Ġabes*+ kien onorat+ iktar minn ħutu; u kienet ommu li semmietu Ġabes, għax qalet: “Ulidtu fl-uġigħ.”+ 10 U Ġabes beda jsejjaħ lill-Alla+ taʼ Israel u jgħidlu: “Jekk int żgur li tberikni+ u tkabbarli t-territorju tiegħi+ u idek+ tassew turi li tkun miegħi, u tħarisni mill-gwaj,+ sabiex ma jagħmillix ħsara,+—” Għaldaqstant, Alla tah dak li kien talab.+
11 U Kelub, ħu Suħa, nissel lil Meħir, li kien missier Eston. 12 Eston, imbagħad, nissel lil Bet-rafa, Pasegħa, u Teħinna, missier Ir-naħas. Dawn kienu l-irġiel taʼ Reka. 13 U wlied Kenaż+ kienu Għotnijel+ u Seraja, u wlied Għotnijel: Ħatat. 14 U Megħonotaj nissel lil Għofra. U Seraja nissel lil Ġowab, missier Ge-ħarasim;* għax kienu nies tas-sengħa.+
15 U wlied Kaleb,+ bin Ġefunne,+ kienu Iru, Elah, u Nagħam; u wlied Elah: Kenaż. 16 U wlied Ġeħallelel kienu Żif, Żifa, Tirja, u Asarel. 17 U wlied Għeżra kienu Ġeter, Mered, Għefer, u Ġalon; u martu wildet lil Mirjam, Sammaj, u Isba, missier Estemogħa.+ 18 U martu l-Lhudija wildet lil Ġered, missier Gedor, lil Ħeber, missier Soko, u lil Ġekutijel, missier Żanogħa. U dawn kienu wlied Bitja, bint il-Fargħun, li żżewweġ Mered.
19 U wlied il-mara taʼ Ħodija, oħt Naħam, kienu missier Kejla+ l-Garmi u Estemogħa l-Magħkati. 20 U wlied Simon kienu Amnon, Rinna, Ben-ħanan, u Tilon. U wlied Isgħi kienu Żoħet u Ben-żoħet.
21 Ulied Selaħ,+ bin Ġuda, kienu Għer, missier Leka, Lagħda, missier Maresah, u l-familji taʼ dar il-ħaddiema tad-drapp fin+ taʼ dar Asbegħa; 22 u Ġokim, l-irġiel taʼ Kożeba, Ġowas, u Saraf, li żżewġu nisa Mowabin,+ u Ġasħubi-lehem. U dan it-tagħrif ġej mit-tradizzjoni tal-qedem.+ 23 Dawn kienu l-ħaddiema tal-fuħħar+ u l-abitanti taʼ Netagħim u Gedera. Huma għammru hemmhekk, jaħdmu għas-sultan.+
24 Ulied Simegħon kienu Nemwel,+ Ġamin,+ Ġarib, Żeraħ, Sagħul,+ 25 ibnu Sallum; u ibnu kien Mibsam; u ibnu kien Misma. 26 U wlied Misma: ibnu Ħammwel; u ibnu kien Żakkur; u ibnu kien Simgħi. 27 U Simgħi kellu sittax-il tifel u sitt ibniet; imma ħutu ma kellhomx ħafna wlied, u ħadd mill-familji tagħhom ma kellu wlied daqs Ġuda.+ 28 U baqgħu jgħammru f’Bir-xeba,+ Molada,+ Ħasar-sugħal,+ 29 f’Bilħa,+ f’Għesem,+ f’Tolad,+ 30 f’Betwel,+ f’Ħorma,+ f’Siklag,+ 31 f’Bet-markabot, f’Ħasar-susim,+ f’Bet-biri, u f’Sagħrajm.+ Dawn kienu l-bliet tagħhom sakemm beda jsaltan David.
32 U l-irħula tagħhom kienu Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan,+ ħamest ibliet. 33 U l-irħula kollha tagħhom li kienu madwar dawn il-bliet kienu jaslu saħansitra sa Bagħal.+ Dawn kienu l-postijiet tagħhom fejn jgħammru u r-reġistrazzjonijiet tal-linja ġenealoġika tagħhom. 34 U Mesobab, Ġamlek, Ġosa, bin Amażija, 35 Ġoel, Ġeħu, bin Ġosibija, bin Seraja, bin Għasijel, 36 u Eljogħenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasaja, Għadijel, Ġesimijel, Benaja, 37 Żiża, bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedaja, bin Simri, bin Semajja. 38 Dawn li ssemmew b’isimhom kienu l-kapijiet ewlenin fost il-familji tagħhom,+ u n-nies tad-dar taʼ missirijiethom żdiedu bil-kotra. 39 U marru lejn id-daħla taʼ Gedor, dritt lejn il-lvant tal-wied, biex ifittxu mergħa għall-imrieħel tagħhom. 40 U sabu mergħa bnina u tajba,+ u l-art kienet wiesgħa mhux ħażin u ma kellha ebda tfixkil+ imma kienet fil-kwiet; għax dawk li kienu jgħammru hemmhekk qabel kienu dixxendenti taʼ Ħam.+ 41 U dawn li kienu miktubin b’isimhom ġew fi żmien Ħeżekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, u ħarbtu+ t-tined tal-Ħamin u tal-Megħunin li kienu jinsabu hemmhekk, u b’hekk qerduhom,*+ kif għadhom sa dan il-jum; u bdew jgħammru minflokhom, għaliex hemmhekk kien hemm mergħa+ għall-imrieħel tagħhom.
42 U minnhom kien hemm xi wħud minn ulied Simegħon li marru lejn il-Muntanja Segħir,+ ħames mitt raġel, u kellhom bħala l-kapijiet tagħhom lil Pelatija, Negħarija, Refaja, u Użżijel, ulied Isgħi. 43 U ħarbtu lill-fdal li kien ħarab minn Għamalek,+ u baqgħu jgħammru hemmhekk sa dan il-jum.