2 Kronaki
10 U Reħobogħam+ mar Sikem,+ għax l-Israelin kollha kienu marru Sikem biex jagħmluh sultan. 2 U ġara li malli Ġerobogħam,+ bin Nebat, semaʼ b’dan waqt li kien għadu l-Eġittu,+ (għax kien ħarab minħabba Salamun, is-sultan,) Ġerobogħam minnufih ġie lura mill-Eġittu.+ 3 Għalhekk, bagħtu għalih, u Ġerobogħam u Israel kollu ġew u kellmu lil Reħobogħam u qalulu:+ 4 “Missierek, min-naħa tiegħu, għamel il-madmad tagħna iebes;+ u issa int ħaffef is-servizz iebes taʼ missierek u l-madmad tqil+ li qegħdilna fuqna, u aħna naqduk.”+
5 Għal dan, hu qalilhom: “Ħallu tlett ijiem oħra jgħaddu. Imbagħad erġgħu ejjew għandi.” Għalhekk, in-nies telqu. 6 U s-Sultan Reħobogħam mar jieħu parir+ mingħand ix-xjuħ li kienu jaqdu kontinwament lil missieru Salamun waqt li kien għadu ħaj, u qalilhom: “X’parir tagħtuni? Kif għandi nwieġeb lil dawn in-nies?”+ 7 Għaldaqstant, huma qalulu: “Jekk timxi tajjeb maʼ dawn in-nies u togħġobhom u tabilħaqq tkellimhom bil-kelma t-tajba,+ huma żgur isiru qaddejja tiegħek għal dejjem.”+
8 Madankollu, hu injora l-parir+ li kienu tawh ix-xjuħ, u mar jieħu parir mingħand iż-żgħażagħ li trabbew miegħu+ u li kienu qed jaqduh.+ 9 U qalilhom: “X’parir toffruli?+ Kif inwiġbuhom lil dawn in-nies li kellmuni u qaluli, ‘Ħaffef il-madmad li qegħdilna fuqna missierek’?”+ 10 U ż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu qalulu: “Hekk għidilhom lil dawn in-nies li kellmuk u qalulek, ‘Missierek, min-naħa tiegħu, għamlilna madmad tqil, imma int ħaffifhulna’; hekk għandek tgħidilhom,+ ‘Sebgħi ż-żgħir se jkun eħxen minn ġenbejn missieri.+ 11 U issa missieri, min-naħa tiegħu, għabba fuqkom madmad tqil, imma jien se nżid mal-madmad tagħkom.+ Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bil-frosti bil-ponot.’”+
12 U Ġerobogħam u n-nies kollha ġew għand Reħobogħam fit-tielet jum, bħalma kien qalilhom is-sultan meta qal: “Erġgħu ejjew għandi fit-tielet jum.”+ 13 U s-sultan beda jwiġibhom bl-aħrax.+ B’hekk, is-Sultan Reħobogħam injora l-parir+ tax-xjuħ,+ 14 u kellimhom skond il-parir taż-żgħażagħ,+ u qalilhom: “Jien se ntaqqlilkom il-madmad, u jien, min-naħa tiegħi, se nżid miegħu. Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bil-frosti bil-ponot.”+ 15 U s-sultan ma tax widen lin-nies; għax il-mod kif żvolġew l-affarijiet kien mill-Alla l-veru+ sabiex Ġeħova jwettaq il-kelma tiegħu+ li kien qal permezz t’Aħija+ s-Siloni+ lil Ġerobogħam, bin Nebat.+
16 Inkwantu għal Israel kollu, peress li s-sultan ma kienx tah widen, in-nies wieġbu lis-sultan: “X’sehem għandna maʼ David?+ M’għandniex wirt maʼ bin Ġesse.+ Kull wieħed lejn allatek,+ O Israel! Issa aħseb għal darek int, O David.”+ U Israel kollu mar lura lejn it-tined tiegħu.
17 U fuq ulied Israel li kienu jgħammru fil-bliet taʼ Ġuda baqaʼ jsaltan Reħobogħam.+
18 Imbagħad is-Sultan Reħobogħam bagħat lil Ħadoram,+ li kien fuq dawk miktubin għal xogħol forzat, imma wlied Israel ħaġġruh,+ u miet. U s-Sultan Reħobogħam irnexxielu jitlaʼ fuq il-karru tiegħu u jaħrab lejn Ġerusalemm.+ 19 U l-Israelin komplew bl-irvell tagħhom+ kontra d-dar taʼ David sa dan il-jum.