14 Imbagħad Absalom u l-irġiel kollha taʼ Israel qalu: “Il-parir taʼ Ħusaj l-Arki hu aħjar+ mill-parir t’Aħitofel!” U kien Ġeħova li ta l-kmand+ biex il-parir t’Aħitofel jiġi mfixkel+ għalkemm kien tajjeb,+ sabiex Ġeħova jġib il-gwaj+ fuq Absalom.
10 Kunu afu, mela, li xejn minn dak li jgħid Ġeħova ma jaqaʼ fl-art+ bla ma jitwettaq, minn dak li Ġeħova qal kontra dar Aħab;+ u Ġeħova għamel dak li qal permezz tal-qaddej tiegħu Elija.”+
11 hekk ukoll tkun kelmti li toħroġ minn fommi.+ Ma terġax lura lejja mingħajr riżultati,+ imma żgur tagħmel dak li jogħġobni,+ u żgur tirnexxi f’dak li bgħattha tagħmel.+