Esdra
5 U l-profeta Ħaggaj+ u l-profeta Żakkarija,+ li nannuh kien Iddo,+ ipprofetizzaw lil-Lhud li kienu f’Ġuda u f’Ġerusalemm f’isem+ l-Alla taʼ Israel li kien magħhom.+ 2 Kien f’dan iż-żmien li qamu Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ u Ġeswa,+ bin Ġeħosadak, u bdew jibnu mill-ġdid id-dar t’Alla, li kienet f’Ġerusalemm; u magħhom kien hemm il-profeti+ t’Alla jgħinuhom. 3 Dak iż-żmien ġew għandhom Tattenaj+ il-gvernatur lil hinn mix-Xmara+ u Setar-bożnaj u sħabhom, u qalulhom hekk: “Min takom l-ordni biex tibnu din id-dar u tlestu dan il-bini bl-injam?”+ 4 Imbagħad qalulhom: “X’jisimhom l-irġiel b’saħħithom li qed jibnu dan il-bini?” 5 Imma għajnejn+ Alla tagħhom kienu fuq+ ix-xjuħ tal-Lhud, u ma waqqfuhomx sa ma r-rapport setaʼ jmur għand Darju u mbagħad jintbagħat lura dokument uffiċjali dwar dan.
6 Din hi kopja+ taʼ l-ittra li ntbagħtet lis-Sultan Darju minn Tattenaj+ il-gvernatur lil hinn mix-Xmara+ u Setar-bożnaj+ u sħabu,+ il-gvernaturi minuri li kienu lil hinn mix-Xmara; 7 bagħtulu l-ittra, u fiha kien hemm miktub hekk:
“Lis-Sultan Darju:
“Kull sliem!+ 8 Ħa jkun jaf is-sultan li aħna morna fil-provinċja+ taʼ Ġuda, lejn dar Alla+ l-kbir, u din qed tinbena b’ġebel li jitqiegħed f’postu billi jgerbuh, u qed jitqiegħed l-injam fil-ħitan; u x-xogħol qed isir bil-ħeġġa u miexi ’l quddiem f’idejhom. 9 Imbagħad staqsejna lil dawn ix-xjuħ u għednielhom hekk: ‘Min takom l-ordni biex tibnu din id-dar u tlestu dan il-bini bl-injam?’+ 10 U staqsejniehom ukoll x’jisimhom, sabiex ngħarrfuk, ħalli niktbu l-ismijiet taʼ l-irġiel b’saħħithom li qed imexxuhom.+
11 “U huma wieġbu u qalulna hekk: ‘Aħna l-qaddejja taʼ l-Alla tas-smewwiet u taʼ l-art,+ u qed nerġgħu nibnu d-dar li kienet inbniet ħafna snin ilu u li nbniet u tlestiet+ minn sultan kbir taʼ Israel. 12 Madankollu, peress li missirijietna inkorlaw+ lill-Alla tas-smewwiet, hu tahom+ f’id Nebukadnessar,+ is-sultan taʼ Babilonja, il-Kaldew,+ u dan ġarraf din id-dar+ u ħa lin-nies fl-eżilju f’Babilonja.+ 13 Minkejja dan, fl-ewwel sena li beda jsaltan, Ċiru,+ is-sultan taʼ Babilonja, ħareġ ordni biex terġaʼ tinbena din id-dar t’Alla.+ 14 Barra minn hekk, ir-reċipjenti+ tad-deheb u l-fidda tad-dar t’Alla li Nebukadnessar kien ħareġ mit-tempju, li kien f’Ġerusalemm, u ġabhom fit-tempju taʼ Babilonja,+ is-Sultan Ċiru+ ħariġhom mit-tempju taʼ Babilonja u tahom lil wieħed jismu Sesbassar,+ li kien għamlu gvernatur.+ 15 U lil dan qallu: “Ħu dawn ir-reċipjenti.+ Mur poġġihom fit-tempju li qiegħed f’Ġerusalemm, u ħa terġaʼ tinbena d-dar t’Alla f’postha.”+ 16 Meta ġie dan Sesbassar, hu qiegħed il-pedamenti tad-dar t’Alla,+ li qiegħda f’Ġerusalemm; u minn dakinhar s’issa qed terġaʼ tinbena imma għadha ma tlestietx.’+
17 “U issa jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb, ħa jsir tiftix+ f’dar it-teżori tas-sultan li qiegħda hemmhekk f’Babilonja, jekk hux veru li s-Sultan Ċiru ħareġ ordni+ biex terġaʼ tinbena din id-dar t’Alla f’Ġerusalemm; u ħa jibagħtilna s-sultan id-deċiżjoni tiegħu dwar dan.”