LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 1:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 1 Fil-bidu*+ Alla+ ħalaq+ is-​smewwiet u l-​art.+

  • Dewteronomju 10:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Għax Ġeħova Alla tagħkom hu l-​Alla taʼ l-​allat+ u s-​Sid tas-​sidien,+ l-​Alla l-​kbir, setgħan u jqanqal il-​biżaʼ,+ li ma jittratta lil ħadd bil-​parzjalità+ u lanqas jaċċetta tixħim,+

  • Dewteronomju 32:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 (Għax il-​blata tagħhom m’hijiex bħall-​Blata tagħna,+

      Anki l-​għedewwa tagħna jaslu għal din il-​konklużjoni.)+

  • Esdra 1:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Kulmin hemm fostkom mill-​poplu kollu tiegħu, jalla Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda, u jibni mill-​ġdid id-​dar taʼ Ġeħova li kienet f’Ġerusalemm,+ id-​dar taʼ l-​Alla taʼ Israel—dan hu l-​Alla l-​veru.+

  • Salm 145:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  3 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,+

      U l-​kobor tiegħu ma jistax jinkixef.+

  • Danjel 2:47
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 47 Is-sultan wieġeb lil Danjel u qallu: “Tassew li l-​Alla tagħkom hu Alla taʼ l-​allat,+ Sid is-​slaten,+ u Dak li jirrivela s-​sigrieti, għaliex int kellek il-​ħila tirrivela dan is-​sigriet.”+

  • Danjel 4:34
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 34 “U fi tmiem il-​jiem+ jien, Nebukadnessar, erfajt għajnejja lejn is-​smewwiet,+ u bdejt nerġaʼ nikseb ir-​raġuni; u berikt lill-​Iktar Għoli,+ u faħħart u gglorifikajt+ lil Dak li jgħix għal dejjem, għaliex il-​ħakma tiegħu hi ħakma għal dejjem u saltnatu hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

  • Danjel 6:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 Mingħandi ħarġet ordni+ li, f’kull dominju taʼ saltnati, in-​nies għandhom jitriegħdu u jibżgħu quddiem l-​Alla taʼ Danjel.+ Għax hu l-​Alla l-​ħaj u Dak li jibqaʼ għal dejjem,+ u saltnatu+ hi waħda li ma tinqeridx,+ u d-​dominju tiegħu hu għal dejjem.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja