20 Il-kwalitajiet inviżibbli tiegħu,+ jiġifieri, il-qawwa+ eterna u d-Divinità tiegħu,+ kienu jidhru ċar mill-ħolqien tad-dinja ’l quddiem,+ għax jintgħarfu mill-affarijiet li nħolqu,+ u b’hekk ma jistgħux iġibu skuża.+
24 Għax Kristu ma daħalx f’post qaddis magħmul bl-idejn,+ li hu l-kopja tar-realtà,+ imma fis-sema stess,+ biex issa jidher għalina quddiem il-persuna t’Alla.+
8 U kull waħda mill-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ kellha sitt ġwienaħ+ li dawramejt u minn taħt kienu mimlijin għajnejn.+ U lejl u nhar bla mistrieħ kienu jgħidu: “Qaddis, qaddis, qaddis hu Alla Ġeħova,+ li Jistaʼ Kollox,+ li kien u li hu+ u li ġej.”