Ġeremija
34 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja,+ u l-qawwa militari kollha tiegħu+ u s-saltniet kollha taʼ l-art, id-dominju taħt idejh,+ u l-popli kollha kienu qed jiġġieldu kontra Ġerusalemm u kontra l-bliet kollha tagħha,+ tgħid:
2 “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ‘Mur, u għid lil Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda,+ iva, għidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nagħti din il-belt f’idejn is-sultan taʼ Babilonja,+ u hu jaħraqha bin-nar.+ 3 U int m’intix se teħlisha minn taħt idejh, għax żgur tinqabad u tingħata f’idejh.+ U tara lis-sultan taʼ Babilonja wiċċ imbwiċċ,+ u jkellmek minn fomm għal fomm, u lejn Babilonja tmur.’ 4 Madankollu, ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova, O Sedekija sultan taʼ Ġuda,+ ‘Hekk qal Ġeħova dwarek: “Int ma tmutx bis-sejf. 5 Fil-paċi tmut;+ u bħalma għamlu l-ħġejjeġ għal missirijietek, is-slaten li ġew qablek,+ hekk jagħmlu ħuġġieġa għalik,+ u waqt li jnewħu+ jgħidu, ‘Jaħasra, O sidi!’;+ għax ‘hu jien li għedt il-kelma,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”’”’”
6 U l-profeta Ġeremija mbagħad qal dan kollu+ lil Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, f’Ġerusalemm, 7 meta l-qawwiet militari tas-sultan taʼ Babilonja kienu qed jiġġieldu kontra Ġerusalemm u kontra l-bliet kollha taʼ Ġuda li kien għad baqaʼ,+ kontra Lakis+ u kontra Għażeka;+ għax dawn kienu l-bliet fortifikati+ li kien għad baqaʼ mill-bliet taʼ Ġuda.+
8 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova wara li s-Sultan Sedekija għamel patt man-nies kollha f’Ġerusalemm biex iħabbrilhom il-libertà,*+ 9 biex kulħadd jeħles lill-qaddej u lill-qaddejja tiegħu, raġel Ebrew+ u mara Ebrea, u ma jużahomx iktar bħala qaddejja, jiġifieri, lil xi ħadd Lhudi, li hu ħuh.+ 10 U l-prinċpijiet kollha+ obdew. In-nies kollha, li kienu daħlu fil-patt biex kulħadd jeħles ’il-qaddej u ’l-qaddejja tiegħu u ma jużahomx iktar bħala lsiera, obdew ukoll u ħallewhom jitilqu.+ 11 Imma wara reġaʼ darilhom+ u bdew iġibu lura lill-qaddejja rġiel u nisa, lil dawk li kienu ħelsu, u reġgħu għamluhom qaddejja tagħhom.+ 12 Minħabba f’hekk, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid:
13 “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ‘Jien għamilt patt maʼ missirijietkom+ dakinhar li ħriġthom mill-art taʼ l-Eġittu,+ minn dar il-qaddejja,+ u għedtilhom: 14 “Meta jgħaddu sebaʼ snin kull wieħed minnkom għandu jitlaq lil ħuh,+ Ebrew,+ li ġie mibjugħ lilu+ u qdieh sitt snin; u jħallih jitlaq minn miegħu ħieles.” Imma missirijietkom ma semgħux minni, u lanqas tawni widen.+ 15 U llum intom idduru lura u tagħmlu dak li hu rett f’għajnejja billi kull wieħed minnkom iħabbar il-libertà lil sieħbu, u tagħmlu patt quddiemi+ fid-dar li ssejjaħ ismi fuqha.+ 16 Imbagħad jerġaʼ jibdielkom+ u tkasbruli ismi+ u terġgħu ġġibu lill-qaddejja rġiel u nisa tagħkom, wara li tkunu ħlistuhom kif tkun xtaqet ruħhom, u terġgħu tagħmluhom il-qaddejja rġiel u nisa tagħkom.’+
17 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Intom m’obdejtunix u ma bqajtux tħabbru l-libertà,+ kull wieħed minnkom lil ħuh u kull wieħed minnkom lil sieħbu. Arawni jien se nħabbrilkom libertà,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘imma għas-sejf,+ għall-pesta+ u għall-ġuħ,+ u jien nagħmilkom xi ħaġa tal-waħx għas-saltniet kollha taʼ l-art.+ 18 U lin-nies li qed iwarrbu l-patt tiegħi,+ billi ma jwettqux il-kliem tal-patt li għamlu quddiemi meta qasmu l-għoġol fi tnejn+ u għaddew minn bejn il-biċċiet;+ 19 jiġifieri, il-prinċpijiet taʼ Ġuda u l-prinċpijiet taʼ Ġerusalemm,+ l-uffiċjali tal-palazz u l-qassisin u n-nies kollha tal-pajjiż li għaddew minn bejn il-biċċiet taʼ l-għoġol— 20 iva, nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom;+ u l-iġsma mejtin tagħhom isiru ikel għall-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u għall-bhejjem taʼ l-art.+ 21 U Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda,+ u l-prinċpijiet tiegħu nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom u f’idejn il-qawwiet militari tas-sultan taʼ Babilonja+ li qed jirtiraw mill-ġlied kontrikom.’+
22 “‘Ara, nagħti kmand,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u nġibhom lura f’din il-belt,+ u jiġġieldu kontriha u jirbħuha u jaħarquha bin-nar;+ u l-bliet taʼ Ġuda nagħmilhom art abbandunata u ħadd ma jgħammar fihom.’”+