Ġeremija
36 Issa ġara fir-rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, li ġiet din il-kelma għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Ħu romblu,+ u ikteb fih il-kliem kollu+ li għedtlek kontra Israel u kontra Ġuda+ u kontra l-ġnus kollha,+ minn dakinhar li bdejt inkellmek, minn żmien Ġosija, sal-ġurnata taʼ llum.+ 3 Forsi dawk taʼ dar Ġuda jisimgħu bil-gwaj kollu li bi ħsiebni nġib fuqhom,+ u jerġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-ħażina,+ u jien naħfrilhom l-iżball tagħhom u dnubhom.”+
4 Wara dan, Ġeremija sejjaħ lil Baruk*+ bin Nerija sabiex Baruk jikteb fir-romblu minn fomm Ġeremija l-kliem kollu li kien qallu Ġeħova.+ 5 Imbagħad Ġeremija ordna lil Baruk: “Jien maqful. Ma nistax nidħol fid-dar taʼ Ġeħova.+ 6 Idħol int u f’jum is-sawm+ aqbad ir-romblu li ktibt minn fommi u aqra għajjat il-kliem taʼ Ġeħova+ lin-nies fid-dar taʼ Ġeħova; u aqrah għajjat ukoll lin-nies kollha taʼ Ġuda li ġejjin mill-bliet tagħhom.+ 7 Għandu mnejn is-supplika* tagħhom għall-ħniena tasal għand Ġeħova,+ u huma jerġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-ħażina,+ għax kbira hi r-rabja u l-korla li Ġeħova ddikjara kontra dan il-poplu.”+
8 U Baruk+ bin Nerija għamel kulma kien ordnalu l-profeta Ġeremija, u qara jgħajjat mill-ktieb+ il-kliem taʼ Ġeħova fid-dar taʼ Ġeħova.+
9 Issa ġara, fil-ħames sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, fid-disaʼ xahar,+ li n-nies kollha f’Ġerusalemm u n-nies kollha mill-bliet taʼ Ġuda li kienu deħlin Ġerusalemm iddikjaraw sawma quddiem Ġeħova.+ 10 U Baruk beda jaqra jgħajjat mill-ktieb il-kliem taʼ Ġeremija fid-dar taʼ Ġeħova, fil-kamra taʼ l-ikel+ taʼ Gemarija+ bin Safan+ il-kopista,+ fil-bitħa taʼ fuq, fid-daħla tal-bieb il-ġdid tad-dar taʼ Ġeħova,+ biex jisimgħuh in-nies kollha.
11 U Mikaja, bin Gemarija, bin Safan,+ semaʼ l-kliem kollu taʼ Ġeħova li nqara mill-ktieb. 12 U niżel fid-dar tas-sultan, fil-kamra taʼ l-ikel tas-segretarju fejn kien hemm bil-qiegħda l-prinċpijiet kollha, Elisama+ s-segretarju u Delaja+ bin Semajja u Elnatan+ bin Għakbor+ u Gemarija+ bin Safan+ u Sedekija bin Ħananija u l-prinċpijiet l-oħrajn kollha. 13 U Mikaja+ qalilhom il-kliem kollu li kien semaʼ meta Baruk qara jgħajjat mill-ktieb biex jisimgħuh in-nies.+
14 Imbagħad il-prinċpijiet kollha bagħtu lil Ġeħudi,+ bin Netanija, bin Selemija, bin Kusi, biex jgħid lil Baruk:+ “Aqbad ir-romblu li qrajt tgħajjat minnu lin-nies u ejja bih hawnhekk.” Għaldaqstant, Baruk bin Nerija qabad ir-romblu u mar għandhom.+ 15 Imbagħad qalulu: “Poġġi bil-qiegħda, jekk jogħġbok, u aqrahulna għajjat.” Għalhekk, Baruk+ qrahulhom jgħajjat.
16 Issa ġara li, malli semgħu l-kliem kollu, bdew iħarsu lejn xulxin imkexkxin; u lil Baruk qalulu: “Żgur se ngħidu lis-sultan b’dan il-kliem kollu.”+ 17 U staqsew lil Baruk: “Għidilna, jekk jogħġbok, Kif ktibt dan il-kliem kollu minn fommu?”+ 18 U Baruk qalilhom: “Hu qagħad jgħidli dan il-kliem kollu b’fommu, u jien ktibtu fil-ktieb bil-linka.”+ 19 Fl-aħħar, il-prinċpijiet qalu lil Baruk: “Mur, inħeba, int u Ġeremija, ħalli ħadd ma jkun jaf fejn intom.”+
20 Imbagħad marru quddiem is-sultan, fil-bitħa,+ waqt li r-romblu ħallewh fil-kamra taʼ l-ikel+ t’Elisama+ s-segretarju; u qalu lis-sultan il-kliem kollu.
21 Għal dan, is-sultan bagħat lil Ġeħudi+ biex iġib ir-romblu. Għalhekk, hu mar iġibu mill-kamra taʼ l-ikel t’Elisama+ s-segretarju.+ U Ġeħudi beda jaqrah jgħajjat lis-sultan u lill-prinċpijiet kollha li kienu weqfin ħdejn is-sultan. 22 U s-sultan kien bil-qiegħda fid-dar tiegħu tax-xitwa,+ fid-disaʼ xahar,+ b’nar jaqbad quddiemu f’maġmar.+ 23 U ġara li malli Ġeħudi kien jaqralu tliet kolonni jew erbgħa f’paġna, kien jaqtaʼ dik il-parti bis-sikkina tas-segretarju, u jitfagħha fin-nar sakemm ir-romblu kollu spiċċa fin-nar.+ 24 U xejn ma beżgħu;+ u lanqas ċarrtu ħwejjiġhom,+ la s-sultan u lanqas il-qaddejja kollha tiegħu li kienu qed jisimgħu dan il-kliem kollu. 25 U Elnatan+ u Delaja+ u Gemarija+ talbu bil-ħniena lis-sultan biex ma jaħraqx ir-romblu, imma hu ma semax minnhom.+ 26 Imbagħad is-sultan ordna lil Ġeraħmel bin is-sultan u lil Seraja bin Għażrijel u lil Selemija bin Għabdel biex imorru jġibu lil Baruk is-segretarju u lil Ġeremija l-profeta.+ Imma Ġeħova żammhom moħbijin.+
27 U wara li s-sultan kien ħaraq ir-romblu bil-kliem li Baruk+ kien kiteb minn fomm Ġeremija,+ il-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għand Ġeremija, tgħid: 28 “Erġaʼ ħu romblu ieħor, u ikteb fih il-kliem kollu taʼ qabel li kien fl-ewwel romblu, li ħaraq Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda.+ 29 U għid dan kontra Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda, ‘Hekk qal Ġeħova: “Int ħraqt dan ir-romblu+ u għedt, ‘Għala ktibt fih il-kliem:+ “Is-sultan taʼ Babilonja ġej żgur u se jagħmel ħerba minn din l-art u jeqred minnha l-bnedmin u l-bhejjem”?’+ 30 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova kontra Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda, ‘Ma jkollu lil ħadd li joqgħod fuq it-tron taʼ David,+ u ġismu mejjet jintrema+ għas-sħana taʼ bi nhar u għall-ksieħ tal-lejl. 31 U nitlob kont minnu+ u minn uliedu u mill-qaddejja tiegħu għall-iżball tagħhom,+ u nġib fuqhom u fuq l-abitanti taʼ Ġerusalemm u fuq in-nies taʼ Ġuda l-gwaj kollu li ddikjarajt kontrihom,+ u li huma ma tawx widen għalih.’”’”+
32 U Ġeremija ħa romblu ieħor u tah lil Baruk bin Nerija, is-segretarju.+ Dan imbagħad kiteb fih minn fomm+ Ġeremija l-kliem kollu tal-ktieb li Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda, kien ħaraq fin-nar;+ u miegħu ġie miżjud ħafna kliem ieħor bħalu.