Levitiku
14 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Din tkun il-liġi dwar l-imġiddem+ fil-jum li fih tiġi stabbilita l-purifikazzjoni tiegħu, meta jinġieb għand il-qassis.+ 3 U l-qassis joħroġ ’il barra mill-kamp u jarah; u jekk l-imġiddem ikun fieq+ mill-marda tal-ġdiem, 4 il-qassis jagħti l-ordni; u hu, biex jindaf, irid jieħu żewġ għasafar+ ħajjin u nodfa u injam taċ-ċedru+ u materjal lewn l-iskarlat*+ u żuf.+ 5 U l-qassis irid jagħti l-ordni, u wieħed mill-għasafar irid jinqatel fuq reċipjent tal-fuħħar li fih l-ilma ġieri.+ 6 U l-għasfur il-ħaj għandu jieħdu flimkien maʼ l-injam taċ-ċedru, il-materjal lewn l-iskarlat, u ż-żuf, u jrid ibillhom flimkien maʼ l-għasfur il-ħaj fid-demm taʼ l-għasfur li nqatel fuq l-ilma ġieri. 7 Imbagħad irid iroxxu+ sebaʼ darbiet+ fuq dak li qed jindaf mill-ġdiem u jiddikjarah nadif,+ u jitlaq l-għasfur il-ħaj fil-kampanja.+
8 “U dak li qed jindaf irid jaħsel ħwejġu+ u jqarweż xagħru kollu u jinħasel+ fl-ilma u jkun nadif, u wara jkun jistaʼ jidħol fil-kamp. U jrid jgħammar sebat ijiem+ ’il barra mit-tinda tiegħu. 9 U jrid iseħħ li fis-sebaʼ jum ikollu jqarweż ix-xagħar kollu taʼ fuq rasu+ u geddumu u taʼ fuq għajnejh. Iva, għandu jqarweż xagħru kollu, u jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-ilma; u hu jkun nadif.
10 “U fit-tmien jum+ jieħu żewġ imtaten żgħar bla difett u ħarufa waħda bla difett,+ fl-ewwel sena tagħha, u tlieta minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ+ miblula fiż-żejt u kejl wieħed taʼ log żejt;+ 11 u l-qassis li jiddikjarah nadif irid jippreżenta lir-raġel li qed jindaf, u l-affarijiet, quddiem Ġeħova fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa. 12 U l-qassis irid jieħu wieħed mill-imtaten żgħar u joffrih bħala offerta għall-ħtija+ flimkien mal-kejl taʼ log+ żejt u jxejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-tixjir+ quddiem Ġeħova. 13 U joqtol il-muntun żgħir fil-post+ fejn jinqatlu regolarment l-offerta għad-dnub u l-offerta tal-ħruq, f’post qaddis,+ għaliex, bħalma l-offerta għad-dnub hi tal-qassis,+ hekk ukoll hi l-offerta għall-ħtija. Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa.
14 “U l-qassis jieħu ftit mid-demm taʼ l-offerta għall-ħtija, u l-qassis ipoġġih fuq id-dendula tal-widna l-leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ idu l-leminija u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ siequ l-leminija.+ 15 U l-qassis jieħu ftit mill-kejl taʼ log+ żejt u jsawbu fuq il-pala taʼ idu x-xellugija. 16 U l-qassis ibill is-sabaʼ taʼ idu l-leminija fiż-żejt li jkollu fuq il-pala taʼ idu x-xellugija u jroxx b’sebgħu ftit miż-żejt sebaʼ darbiet+ quddiem Ġeħova. 17 U mill-bqija taż-żejt li jkollu fuq il-pala taʼ idu, il-qassis ipoġġi ftit minnu fuq id-dendula tal-widna l-leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ idu l-leminija u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ siequ l-leminija, fuq id-demm taʼ l-offerta għall-ħtija.+ 18 U dak li jibqaʼ miż-żejt li jkollu fuq il-pala taʼ idu, il-qassis ipoġġih fuq ras dak li qed jindaf, u l-qassis jagħmel tpattija+ għalih quddiem Ġeħova.
19 “U l-qassis joffri l-offerta għad-dnub+ u jagħmel tpattija għal dak li qed jindaf min-nuqqas taʼ safa tiegħu, u wara joqtol l-offerta tal-ħruq. 20 U l-qassis joffri l-offerta tal-ħruq u l-offerta tal-qmuħ+ fuq l-artal, u l-qassis+ jagħmel tpattija għalih;+ u hu jkun nadif.+
21 “Madankollu, jekk ikun fqir+ u ma jkollux mezzi biżżejjed,+ jieħu muntun żgħir wieħed bħala l-offerta għall-ħtija għal offerta tat-tixjir sabiex issir tpattija għalih, wieħed minn għaxra t’efa dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ, u kejl taʼ log żejt, 22 u żewġ gamimiet+ jew żewġ bċieċen, skond kemm ikun jistaʼ jagħti, u wieħed minn dawn iservi bħala offerta għad-dnub u l-ieħor bħala offerta tal-ħruq. 23 U fit-tmien jum,+ biex tiġi stabbilita l-purifikazzjoni tiegħu,+ iġibhom lill-qassis fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa+ quddiem Ġeħova.
24 “U l-qassis jieħu l-muntun żgħir taʼ l-offerta għall-ħtija+ u l-kejl taʼ log żejt, u l-qassis ixejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-tixjir quddiem Ġeħova.+ 25 U joqtol il-muntun żgħir taʼ l-offerta għall-ħtija, u l-qassis jieħu ftit mid-demm taʼ l-offerta għall-ħtija u jpoġġih fuq id-dendula tal-widna l-leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ idu l-leminija u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ siequ l-leminija.+ 26 U l-qassis isawwab ftit miż-żejt fuq il-pala taʼ idu x-xellugija.+ 27 U bis-sabaʼ taʼ idu l-leminija l-qassis iroxx+ ftit miż-żejt li jkollu fuq il-pala taʼ idu x-xellugija sebaʼ darbiet quddiem Ġeħova. 28 U miż-żejt li jkollu fuq il-pala taʼ idu, il-qassis ipoġġi ftit fuq id-dendula tal-widna l-leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ idu l-leminija u fuq is-sabaʼ l-kbir taʼ siequ l-leminija, fuq il-post tad-demm taʼ l-offerta għall-ħtija.+ 29 U dak li jibqaʼ miż-żejt li jkollu fil-pala taʼ idu, il-qassis ipoġġih fuq ras+ dak li qed jindaf sabiex jagħmel tpattija għalih quddiem Ġeħova.
30 “U joffri waħda mill-gamiem jew wieħed mill-bċieċen li jkun jistaʼ jagħti,+ 31 wieħed minnhom bħala offerta għad-dnub+ u l-ieħor bħala offerta tal-ħruq,+ u b’hekk joffri li jkun jistaʼ flimkien maʼ l-offerta tal-qmuħ; u l-qassis jagħmel tpattija+ għal dak li qed jindaf quddiem Ġeħova.
32 “Din hi l-liġi għal min ikollu l-marda tal-ġdiem u ma jkollux mezzi biżżejjed meta tiġi stabbilita l-purifikazzjoni tiegħu.”
33 U Ġeħova kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 34 “Meta tidħlu fl-art taʼ Kangħan,+ li qed nagħtikom biex tkun tagħkom,+ u nibgħat il-marda tal-ġdiem f’xi dar taʼ l-art li hi tagħkom,+ 35 sid id-dar irid jiġi jkellem lill-qassis u jgħidlu, ‘Hemm roqgħa fil-ħajt tad-dar tiegħi u qisha l-marda tal-ġdiem.’ 36 U l-qassis jagħti l-ordnijiet, u jridu jbattlu d-dar qabel ma jiġi l-qassis biex jara l-marda, sabiex ma jiddikjarax kulma hemm fid-dar bħala mhux nadif; u mbagħad il-qassis jidħol jara d-dar. 37 Meta jkun ra l-marda, jekk il-marda tkun fil-ħitan tad-dar, bi brix aħdar safrani jew ħamrani li jkun jidher iktar imdaħħal ’il ġewwa minn wiċċ il-ħajt, 38 il-qassis irid joħroġ mid-dar, u jżomm id-dar kwarantina+ għal sebat ijiem.
39 “U l-qassis irid jerġaʼ lura fis-sebaʼ jum u jaraha;+ u jekk il-marda tkun infirxet fil-ħitan tad-dar, 40 il-qassis jagħti l-ordnijiet, u jridu jaqilgħu+ l-ġebel li jkun fih il-marda, u jitfgħuh ’il barra mill-belt f’post mhux nadif. 41 U jġegħelhom joborxu d-dar minn ġewwa dawramejt, u t-tajn tat-tafal li jkunu barxu jridu jitfgħuh ’il barra mill-belt f’post mhux nadif. 42 U jieħdu ġebel ieħor u jdaħħluh fil-post minflok il-ġebel taʼ qabel; u jġegħelhom jieħdu tajn tat-tafal differenti u jkaħħlu d-dar.
43 “Iżda jekk il-marda terġaʼ tidher u tfaqqas fid-dar wara li jkunu qalgħu l-ġebel u wara li jkunu barxu d-dar u kaħħluha, 44 il-qassis+ jidħol jara; u jekk il-marda tkun infirxet fid-dar, dan ikun ġdiem bla fejqan+ fid-dar. Ma tkunx nadifa. 45 U jġegħelhom iġarrfu d-dar bil-ġebel tagħha u l-injam tagħha u t-tajn tat-tafal kollu tad-dar u jġegħelhom iġorruh ’il barra mill-belt lejn post mhux nadif.+ 46 Imma kulmin jidħol fid-dar fil-jiem li din tkun qed tinżamm kwarantina+ ma jkunx nadif sa fil-għaxija;+ 47 u kulmin jimtedd fid-dar għandu jaħsel ħwejġu,+ u kulmin jiekol fid-dar għandu jaħsel ħwejġu.
48 “Madankollu, jekk il-qassis fil-fatt jiġi u jara, u, ara, il-marda ma tkunx infirxet fid-dar wara li d-dar tkun tkaħħlet, imbagħad il-qassis jiddikjara d-dar nadifa, għaliex il-marda tkun tfejqet.+ 49 U biex jippurifika d-dar mid-dnub jieħu żewġ għasafar+ u injam taċ-ċedru+ u materjal lewn l-iskarlat+ u żuf. 50 U joqtol wieħed mill-għasafar fuq reċipjent tal-fuħħar li fih l-ilma ġieri.+ 51 U jieħu l-injam taċ-ċedru u ż-żuf+ u l-materjal lewn l-iskarlat u l-għasfur il-ħaj u jbillhom fid-demm taʼ l-għasfur li nqatel u fl-ilma ġieri, u jroxxu+ lejn id-dar sebaʼ darbiet.+ 52 U jippurifika d-dar mid-dnub bid-demm taʼ l-għasfur u l-ilma ġieri u l-għasfur il-ħaj u l-injam taċ-ċedru u ż-żuf u l-materjal lewn l-iskarlat. 53 U jitlaq l-għasfur il-ħaj ’il barra mill-belt fil-kampanja u jagħmel tpattija+ għad-dar; u din tkun nadifa.
54 “Din hi l-liġi dwar kwalunkwe marda tal-ġdiem+ u dwar ix-xagħar li ma jaqax b’mod normali+ 55 u dwar il-ġdiem taʼ xi libsa+ u fid-dar, 56 u dwar ir-raxx u l-qxur u t-tbajjaʼ,+ 57 sabiex jingħataw l-istruzzjonijiet+ meta xi ħaġa ma tkunx nadifa u meta xi ħaġa tkun nadifa. Din hi l-liġi dwar il-ġdiem.”+