Luqa
3 Fis-sena ħmistax tar-renju taʼ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi*+ kien ħakkiem tad-distrett tal-Galilija, ħuh Filippu kien ħakkiem tad-distrett taʼ l-art taʼ l-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja kien ħakkiem tad-distrett taʼ l-Abilene, 2 fi żmien il-qassis ewlieni Anna u fi żmien Kajfa,+ il-kelma t’Alla ġiet għand Ġwanni+ bin Żakkarija fix-xagħri.+
3 Għalhekk, ġie fl-art kollha taʼ madwar il-Ġordan jippriedka l-magħmudija b’simbolu taʼ l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet,+ 4 bħalma hu miktub fil-ktieb taʼ kliem il-profeta Isaija: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-xagħri, ‘Ħejju t-triq taʼ Ġeħova, iddrittaw triqatu.+ 5 Kull wied jimtela, u kull muntanja u għolja titbaxxa, u l-liwjiet jiddrittaw u l-art imħarbta ssir mogħdija lixxa;+ 6 u l-bnedmin kollha se jaraw il-mezz t’Alla għas-salvazzjoni.’”+
7 Għalhekk, beda jgħid lill-folol li kienu ġejjin biex jgħammidhom: “Ja nisel il-lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-korla li ġejja?+ 8 Mela agħmlu frott li jixraq lill-indiema.+ U tgħidux fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’ Għax jien ngħidilkom li Alla għandu l-qawwa li jqajjem ulied lil Abraham minn dan il-ġebel. 9 Tabilħaqq, il-mannara diġà qiegħda maʼ l-għeruq tas-siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tintefaʼ fin-nar.”+
10 U l-folol kienu jistaqsuh: “Allura, x’għandna nagħmlu?”+ 11 U kien iwieġeb u jgħidilhom: “Min għandu żewġ ilbiesi ħa jaqsam maʼ min m’għandux, u min għandu x’jiekol ħa jagħmel l-istess.”+ 12 Imma anki xi kolletturi tat-taxxi ġew jitgħammdu u qalulu: “Għalliem, x’għandna nagħmlu?”+ 13 Qalilhom: “Iġġiegħlu lil ħadd jagħtikom iktar mir-rata tat-taxxa.”+ 14 Ukoll, dawk li kienu fis-servizz militari kienu jistaqsuh: “U aħna x’għandna nagħmlu?” U qalilhom: “Taħqru lil ħadd u takkużaw+ lil ħadd b’mod falz, imma kunu kuntenti bil-proviżjonijiet tagħkom.”+
15 Issa, billi n-nies kienu qed jistennew u kulħadd kien qed jirraġuna f’qalbu dwar Ġwanni: “Forsi dan hu l-Kristu?”*+ 16 Ġwanni wieġeb u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma; imma ġej dak li hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inħoll il-qfieli tas-sandli tiegħu.+ Hu jgħammidkom bl-ispirtu qaddis u bin-nar.+ 17 Il-midra* qiegħda f’idu biex inaddaf għalkollox il-qiegħa tiegħu u biex jiġbor+ il-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma l-karfa+ jaħraqha b’nar li ma jistax jintefa.”+
18 Għalhekk, lin-nies qalilhom ukoll ħafna affarijiet oħra biex iħeġġiġhom u kompla jxandrilhom l-aħbar tajba. 19 Imma Erodi, il-ħakkiem tad-distrett, peress li kien ġie mwiddeb minnu dwar Erodja, il-mara taʼ ħuh, u dwar l-għemejjel mill-agħar kollha li kien għamel,+ 20 kompla jżid maʼ dan il-ħażen kollu billi tefaʼ lil Ġwanni l-ħabs.+
21 Issa, meta tgħammdu n-nies kollha, Ġesù+ tgħammed ukoll u, waqt li kien qed jitlob, infetaħ is-sema+ 22 u niżel fuqu l-ispirtu qaddis bħal sura taʼ ħamiema, u ġie leħen mis-sema: “Int Ibni, il-maħbub; jien approvajtek.”+
23 Iktar minn hekk, meta beda l-ministeru tiegħu,+ Ġesù kellu madwar tletin sena,+ u kienu jqisuh bħala bin+
Ġużeppi,+
bin Għeli,
24 bin Mattat,
bin Levi,
bin Melki,
bin Ġannaj,
bin Ġużeppi,
25 bin Mattatija,
bin Għamos,
bin Naħum,
bin Għesli,
bin Naggaj,
26 bin Magħat,
bin Mattatija,
bin Semgħi,
bin Ġożè,
bin Ġoda,
27 bin Joħanan,
bin Resa,
bin Żerubbabel,+
bin Saltijel,+
bin Neri,
28 bin Melki,
bin Addi,
bin Kosam,
bin Elmadam,
bin Għer,
29 bin Ġesù,
bin Eligħeżer,
bin Ġorim,
bin Mattat,
bin Levi,
30 bin Simgħon,
bin Ġuda,
bin Ġużeppi,
bin Ġonam,
bin Eljakim,
31 bin Melija,
bin Menna,
bin Mattata,
bin Natan,+
bin David,+
bin Għobed,+
bin Bogħaż,+
bin Salmon,+
bin Naħson,+
bin Ħesron,+
bin Pereż,+
bin Ġuda,+
bin Iżakk,+
bin Abraham,+
bin Teraħ,+
bin Naħor,+
bin Regħu,+
bin Peleg,+
bin Għeber,+
bin Selaħ,+
bin Arfaksad,+
bin Sem,+
bin Noè,+
bin Lamek,+
bin Enok,+
bin Ġared,+
bin Maħalalgħel,+
bin Kajnan,+
bin Set,+
bin Adam,+
bin Alla.