Ġożwè
4 U ġara li malli l-ġens kollu qasam għan-naħa l-oħra tal-Ġordan,+ Ġeħova qal lil Ġożwè: 2 “Ħu tnax-il raġel mill-poplu, raġel minn kull tribù,+ 3 u kkmandahom billi tgħidilhom, ‘Ħudu minn nofs il-Ġordan, mill-post fejn saqajn il-qassisin waqfu bla ma tħarrku,+ tnax-il ġebla,+ u tridu ġġorruhom magħkom għan-naħa l-oħra u tħalluhom fil-post+ li se toqogħdu fih dal-lejl.’”
4 Għalhekk, Ġożwè sejjaħ tnax-il raġel+ li kien ħatar minn ulied Israel, raġel minn kull tribù; 5 u Ġożwè qalilhom: “Għaddu quddiem l-arka taʼ Ġeħova Alla tagħkom lejn nofs il-Ġordan, u kull wieħed minnkom għandu jerfaʼ ġebla fuq spalltu, skond in-numru tat-tribujiet taʼ wlied Israel, 6 sabiex dan ikun jistaʼ jservi taʼ sinjal f’nofskom.+ Jekk uliedkom jistaqsu fiż-żmien li ġej, ‘Għala għandkom dan il-ġebel?’+ 7 intom tridu tgħidulhom, ‘Għax l-ilmijiet tal-Ġordan kienu nqatgħu minn quddiem l-arka tal-patt taʼ Ġeħova.+ Meta għaddiet mill-Ġordan l-ilmijiet tal-Ġordan inqatgħu, u dan il-ġebel irid iservi bħala tifkira għal ulied Israel għal żmien indefinit.’”*+
8 Għaldaqstant, ulied Israel għamlu hekk, bħalma kien ikkmanda Ġożwè, u ħadu tnax-il ġebla minn nofs il-Ġordan, bħalma Ġeħova kien qal lil Ġożwè, daqs in-numru tat-tribujiet taʼ wlied Israel;+ u ħaduhom magħhom lejn il-post+ fejn kienu se joqogħdu u ħallewhom hemmhekk.
9 Ġożwè waqqaf ukoll tnax-il ġebla f’nofs il-Ġordan fil-post fejn kienu waqfu+ saqajn il-qassisin li kienu qed iġorru l-arka tal-patt, u dawn għadhom hemmhekk sa llum.
10 U l-qassisin li kienu qed iġorru l-Arka baqgħu weqfin f’nofs+ il-Ġordan sakemm kien tlesta kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Ġożwè jgħid lill-poplu, skond kulma Mosè kien ikkmanda lil Ġożwè.+ Sadanittant, il-poplu ħaffef+ u qasam għan-naħa l-oħra. 11 U ġara li malli l-poplu kollu kien qasam għan-naħa l-oħra, imbagħad l-arka+ taʼ Ġeħova qasmet għan-naħa l-oħra, kif ukoll il-qassisin, quddiem il-poplu. 12 U wlied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse+ għaddew imqassmin għall-battalja+ quddiem għajnejn ulied Israel, bħalma kien qalilhom Mosè.+ 13 Madwar erbgħin elf raġel armat għall-gwerra qasmu għan-naħa l-oħra quddiem Ġeħova lejn il-pjanuri tad-deżert taʼ Ġeriko għall-gwerra.
14 Dakinhar Ġeħova għamel lil Ġożwè kbir f’għajnejn Israel kollu,+ u huma bdew jibżgħu minnu bħalma kienu beżgħu minn Mosè l-jiem kollha taʼ ħajtu.+
15 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: 16 “Ikkmanda lill-qassisin li qed iġorru l-arka tat-testimonjanza+ biex joħorġu mill-Ġordan.” 17 Għalhekk, Ġożwè kkmanda lill-qassisin: “Oħorġu mill-Ġordan.” 18 U ġara li meta l-qassisin li kienu qed iġorru l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova ħarġu minn nofs il-Ġordan u qiegħ+ saqajn il-qassisin mess l-art niexfa, imbagħad l-ilmijiet tal-Ġordan bdew ġejjin lura f’posthom u bdew ifuru+ fix-xtut kollha tagħha bħal qabel.
19 U n-nies ħarġu mill-Ġordan fl-għaxar jum taʼ l-ewwel xahar u kkampjaw f’Gilgal+ fuq il-fruntiera tal-lvant taʼ Ġeriko.
20 U Ġożwè waqqaf it-tnax-il ġebla li kienu ħadu mill-Ġordan f’Gilgal.+ 21 U qal lil ulied Israel: “Meta wliedkom jistaqsu lil missirijiethom fiż-żmien li ġej, ‘Xi jfisser dan il-ġebel?’+ 22 intom għandkom tgħarrfu lil uliedkom u tgħidulhom, ‘Israel qasam din ix-xmara, il-Ġordan, fuq art niexfa,+ 23 meta Ġeħova Alla tagħkom nixxef l-ilmijiet tal-Ġordan minn quddiemhom sakemm kienu qasmu, sewwasew bħalma Ġeħova Alla tagħkom kien għamel lill-Baħar l-Aħmar meta nixxfu minn quddiemna sakemm qsamna;+ 24 sabiex il-popli kollha taʼ l-art ikunu jafu id Ġeħova,+ li hi b’saħħitha;+ sabiex tabilħaqq tkunu tistgħu tibżgħu dejjem minn Ġeħova Alla tagħkom.’”+