1 Samwel
18 U ġara li, malli kien spiċċa jkellem lil Sawl, ruħ Ġonatan+ intrabtet+ maʼ ruħ David, u Ġonatan beda jħobbu bħalu nnifsu.+ 2 Imbagħad Sawl ħadu dakinhar, u ma ħalliehx imur lura lejn dar missieru.+ 3 U Ġonatan u David għamlu patt,+ għaliex kien iħobbu bħalu nnifsu.+ 4 Iktar minn hekk, Ġonatan neżaʼ l-libsa bla kmiem li kellu fuqu u taha lil David, kif ukoll ħwejġu, u saħansitra s-sejf u l-qaws u ċ-ċinturin tiegħu. 5 U David beda joħroġ għall-gwerra. Kulfejn kien jibagħtu Sawl kien jaġixxi bil-prudenza,+ u b’hekk Sawl qiegħdu fuq il-gwerriera;+ u din kienet tidher li hi ħaġa tajba f’għajnejn in-nies kollha, kif ukoll f’għajnejn il-qaddejja taʼ Sawl.
6 U ġara li huma u deħlin, meta David ġie lura wara li qatel lill-Filistin, in-nisa ħarġu mill-bliet kollha taʼ Israel biex jiltaqgħu mas-Sultan Sawl jiżfnu u jkantaw+ ferħanin+ bit-tanburlini+ u bl-istrumenti taʼ tliet kordi.* 7 U n-nisa li kienu qed jiċċelebraw bdew iwieġbu lil xulxin u jgħidu:
“Sawl qatel l-eluf,
U David l-għaxriet t’eluf.”+
8 U Sawl beda jirrabja ħafna,+ u dak li qalu deher ħażin f’għajnejh, u b’hekk qal: “Lil David tawh għaxriet t’eluf, imma lili tawni l-eluf, u jonqoshom jagħtuh biss is-saltna!”+ 9 U minn dakinhar ’il quddiem Sawl baqaʼ jissuspetta f’David.+
10 U ġara li l-għada+ l-ispirtu ħażin minn Alla beda jaħdem fuq Sawl,+ u għalhekk ġab ruħu taʼ profeta+ ġod-dar, waqt li David kien qed idoqq b’idu,+ bħall-jiem taʼ qabel; u Sawl kellu l-lanza f’idu.+ 11 U Sawl xeħet il-lanza+ u qal: “Lil David ħa nsammru mal-ħajt!”+ imma David żgiċċa minn quddiemu, darbtejn.+ 12 U Sawl beda jibżaʼ+ minn David għaliex Ġeħova kien miegħu,+ imma lil Sawl kien telqu.+ 13 Għaldaqstant, Sawl ma ridux jibqaʼ iktar miegħu+ u ħatru bħala kap t’elf; u David kien joħroġ u jidħol regolarment quddiem il-poplu.+ 14 U David baqaʼ jaġixxi bil-prudenza+ f’kulma kien jagħmel, u Ġeħova kien miegħu.+ 15 U Sawl ra kemm kien qed jaġixxi bil-prudenza,+ tant li kien imwerwer minnu. 16 U Israel kollu u Ġuda kienu jħobbu lil David, għaliex hu kien joħroġ u jidħol quddiemhom.
17 Sa fl-aħħar, Sawl qal lil David: “Hawn hi binti l-kbira Merab.+ Lilha nagħtik bħala martek.+ Biss urini li int qalbieni u ġġieled il-gwerer taʼ Ġeħova.”+ Imma Sawl qal bejnu u bejn ruħu: “Ma tkunx idi li tiġi fuqu, imma tkun id il-Filistin li tiġi fuqu.”+ 18 U David qal lil Sawl: “Jien min jien u min huma qrabati, il-familja taʼ missieri, f’Israel, sabiex insir ħaten is-sultan?”+ 19 Madankollu, ġara li, meta Merab, bint Sawl, ngħatat lil David, hi kienet diġà ngħatat lil Għadrijel+ il-Meħolati+ b’martu.
20 Issa Mikal,+ bint Sawl, kienet tħobbu lil David, u lil Sawl marru jgħidulu b’dan, u din il-ħaġa għoġbitu. 21 Għalhekk, Sawl qal: “Nagħtihielu biex isservi taʼ nassa għalih,+ u sabiex id il-Filistin tiġi fuqu.” Għaldaqstant, Sawl qal lil David: “Permezz taʼ waħda miż-żewġ nisa se titħallat b’rabta taż-żwieġ miegħi llum.” 22 Iktar minn hekk, Sawl ikkmanda lill-qaddejja tiegħu: “Kellmu lil David bil-moħbi u għidulu, ‘Ara! Is-sultan kuntent bik, u l-qaddejja kollha tiegħu saru jħobbuk. Għalhekk, issa tħallat b’rabta taż-żwieġ mas-sultan.’” 23 U l-qaddejja taʼ Sawl bdew jgħidu dan il-kliem biex jisimgħu David, imma David qal: “Hi xi ħaġa faċli f’għajnejkom li nitħallat b’rabta taż-żwieġ mas-sultan, meta jien raġel fqir+ u ma tantx jien stmat?”+ 24 Imbagħad il-qaddejja taʼ Sawl wasslulu r-rapport u qalulu: “Kliem bħal dan qal David.”
25 Għal dan, Sawl qal: “Hekk għidulu lil David, ‘Is-sultan ma jitgħaxxaqx bil-flus li jitħallsu għall-għarusa,+ imma b’mitt prepuzju+ tal-Filistin, biex jivvendika+ ruħu mill-għedewwa tas-sultan.’” Imma Sawl kien fassal pjan biex iwaqqaʼ lil David b’id il-Filistin. 26 Għalhekk, il-qaddejja tiegħu wasslu dan il-kliem lil David, u din il-ħaġa għoġbitu lil David, biex jitħallat b’rabta+ taż-żwieġ mas-sultan, u l-jiem kienu għadhom m’għaddewx. 27 Għalhekk, David qam u hu u l-irġiel tiegħu marru u qatlu+ mitejn raġel Filisti, u David ġab miegħu l-prepuzji tagħhom+ u tahom kollha lis-sultan, biex jitħallat b’rabta taż-żwieġ mas-sultan. U Sawl tah lil bintu Mikal b’martu.+ 28 U Sawl ra u kien jaf li Ġeħova kien maʼ David.+ U Mikal, bint Sawl, kienet tħobbu.+ 29 U għal darb’oħra Sawl beda jibżaʼ iktar u iktar minħabba David, u Sawl baqaʼ dejjem għadu taʼ David.+
30 U l-prinċpijiet+ tal-Filistin kienu joħorġu għall-gwerra, u kien jiġri li kull darba li kienu joħorġu David kien l-iktar wieħed li jaġixxi bil-prudenza+ mill-qaddejja kollha taʼ Sawl; u ismu sar prezzjuż ferm.+