38 Madankollu, hu qallu: “Ibni ma jinżilx magħkom, għaliex ħuh miet u hu baqaʼ waħdu.+ Jekk jiġrilu xi aċċident u jmut fit-triq li sejrin fiha, imbagħad żgur li fi xjuħiti bl-għali titfgħuni fil-Qabar.”*+
7 Huma wiġbuh: “Ir-raġel staqsiena direttament dwarna u dwar qrabatna, billi qal, ‘Għadu ħaj missierkom?+ Għandkom ħukom ieħor?’ u aħna wiġibnieh skond dawn il-fatti.+ Kif stajna nkunu nafu fiċ-ċert li se jgħidilna, ‘Niżżlu lil ħukom’?”+