11 Madankollu, il-Fargħun sejjaħ ukoll lill-għorrief u lis-sħaħar;+ u l-qassisin taʼ l-Eġittu li kienu jipprattikaw il-maġija għamlu wkoll l-istess ħaġa bl-arti tal-maġija tagħhom.+
7 Madankollu, il-qassisin li kienu jipprattikaw il-maġija għamlu l-istess ħaġa bl-arti sigrieta tagħhom u ġiegħlu ż-żrinġijiet jitilgħu fuq l-art taʼ l-Eġittu.+
20 U meta s-sultan staqsiehom dwar kull kwistjoni li kienet tirrikjedi l-għerf u l-abbiltà li jifhmu,+ hu sabhom saħansitra għaxar darbiet aqwa mill-qassisin kollha li kienu jipprattikaw il-maġija+ u minn dawk li kienu jsejħu lill-ispirti+ u li kienu fit-territorju rjali kollu tiegħu.
9 Issa fil-belt kien hemm wieħed raġel jismu Xmun li, qabel dan, kien jipprattika l-arti tal-maġija+ u jgħaġġeb lill-ġens tas-Samarija, u kien jgħid li hu kien xi ħaġa kbira.+
8 Issa kif Ġanne u Ġambre+ rreżistew lil Mosè, bl-istess mod dawn ukoll jibqgħu jirreżistu l-verità,+ nies li għandhom moħħhom korrott+ għalkollox u li huma diżapprovati milli jkunu segwaċi tal-fidi.+