Eżodu
7 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Għamiltek Alla għall-Fargħun,+ u ħuk Aron jitkellem għan-nom tiegħek bħala profeta.+ 2 Int—int tgħid kulma nikkmandak;+ u ħuk Aron ikun dak li jitkellem mal-Fargħun,+ u dan ikollu jibgħat lil ulied Israel minn pajjiżu.+ 3 U jien inħalli lill-Fargħun iwebbes qalbu,+ u żgur li nkattar is-sinjali tiegħi u l-mirakli tiegħi fl-art taʼ l-Eġittu.+ 4 U l-Fargħun mhux se jismaʼ minnkom;+ u jkolli mmidd idi fuq l-Eġittu u noħroġ l-armati tiegħi,+ il-poplu tiegħi,+ ulied Israel,+ mill-art taʼ l-Eġittu b’ġudizzji kbar.+ 5 U l-Eġizzjani żgur li jkunu jafu li jien Ġeħova meta mmidd idi kontra l-Eġittu,+ u tabilħaqq li noħroġ lil ulied Israel minn ġo nofshom.”+ 6 U Mosè u Aron għamlu bħalma kien ikkmandahom Ġeħova.+ Għamlu preċiż hekk.+ 7 U Mosè kellu tmenin sena u Aron kellu tlieta u tmenin sena meta kellmu lill-Fargħun.+
8 Ġeħova issa qal lil Mosè u lil Aron: 9 “Fil-każ li l-Fargħun ikellimkom u jgħidilkom, ‘Agħmlu miraklu intom stess,’+ int trid tgħid lil Aron, ‘Aqbad il-ħatar tiegħek+ u itfgħu fl-art quddiem il-Fargħun.’ U l-ħatar isir serp kbir.”+ 10 Għalhekk, Mosè u Aron daħlu għand il-Fargħun u għamlu eżatt bħalma kien ikkmandahom Ġeħova. U Aron tefaʼ l-ħatar tiegħu fl-art quddiem il-Fargħun u l-qaddejja tiegħu u l-ħatar sar serp kbir. 11 Madankollu, il-Fargħun sejjaħ ukoll lill-għorrief u lis-sħaħar;+ u l-qassisin taʼ l-Eġittu li kienu jipprattikaw il-maġija għamlu wkoll l-istess ħaġa bl-arti tal-maġija tagħhom.+ 12 Għalhekk, kull wieħed minnhom tefaʼ fl-art il-ħatar tiegħu, u dawn saru sriep kbar; imma l-ħatar t’Aron belaʼ l-oħtra tagħhom. 13 Xorta waħda, il-Fargħun webbes qalbu+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.
14 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qalb il-Fargħun mhix titqanqal.+ Ma jridx jibgħat lin-nies.+ 15 Fil-għodu mur għand il-Fargħun. Ara! Hu ħiereġ ħdejn l-ilma!+ U oqgħod f’tarf ix-Xmara Nil biex tiltaqaʼ miegħu+ u ħu f’idek il-ħatar li kien inbidel f’serp.+ 16 U għidlu, ‘Ġeħova, l-Alla taʼ l-Ebrej, bagħatni għandek+ biex ngħidlek: “Ibgħat lin-nies tiegħi sabiex jaqdu lili fix-xagħri,”+ imma, ara, s’issa għadek m’obdejtx. 17 Hekk qal Ġeħova:+ “B’dan tkun taf li jien Ġeħova.+ Ara! Bil-ħatar li għandi f’idi se nolqot l-ilma li hemm fix-Xmara Nil,+ u dan żgur li jsir demm.+ 18 U l-ħut li hemm fix-Xmara Nil imut,+ u x-Xmara Nil tinten,+ u l-Eġizzjani jiddardru jixorbu l-ilma mix-Xmara Nil.”’”+
19 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Aqbad il-ħatar tiegħek u midd idek+ fuq l-ilmijiet taʼ l-Eġittu, fuq ix-xmajjar tagħhom, fuq il-kanali tan-Nil, fuq l-għadajjar mimlijin qasab,+ u fuq l-ilmijiet maħżunin kollha tagħhom sabiex isiru demm.’ U jkun hemm id-demm fl-art kollha taʼ l-Eġittu u fir-reċipjenti taʼ l-injam u fir-reċipjenti tal-ġebel.” 20 Minnufih Mosè u Aron hekk għamlu,+ sewwasew bħalma kien ikkmanda Ġeħova,+ u Aron għolla l-ħatar u laqat l-ilma li kien hemm fix-Xmara Nil taħt għajnejn il-Fargħun u l-qaddejja tiegħu,+ u l-ilma kollu li kien hemm fix-Xmara Nil inbidel f’demm.+ 21 U l-ħut li kien hemm fix-xmara Nil miet,+ u x-Xmara Nil bdiet tinten; u l-Eġizzjani ma setgħux jixorbu l-ilma mix-Xmara Nil;+ u kien hemm id-demm fl-art kollha taʼ l-Eġittu.
22 Minkejja dan, il-qassisin taʼ l-Eġittu li kienu jipprattikaw il-maġija għamlu l-istess ħaġa bl-arti sigrieta tagħhom;+ u b’hekk il-Fargħun kompla jwebbes qalbu,+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.+ 23 Għaldaqstant, il-Fargħun dar lura u daħal f’daru, u lanqas biss qanqlitu qalbu biex jagħti kas dan.+ 24 U l-Eġizzjani kollha bdew iħaffru madwar ix-Xmara Nil biex isibu l-ilma x’jixorbu, għax ma setgħux jixorbu mill-ilma tax-Xmara Nil.+ 25 U għaddew sebat ijiem mindu Ġeħova laqat ix-Xmara Nil.