8 Wara ftit taż-żmien, il-Fargħun sejjaħ lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Itolbu bil-ħrara lil Ġeħova+ sabiex ineħħi ż-żrinġijiet minn fuqi u minn fuq il-poplu tiegħi, għax jien irrid nibgħathom in-nies sabiex joffru sagrifiċċji lil Ġeħova.”+
28 Itolbu bil-ħrara lil Ġeħova sabiex dan ma jkomplix u ma jagħmilx iktar ragħad u ma jinżilx iktar silġ mingħand Alla.+ Imbagħad inkun lest li nibgħatkom, u intom ma tibqgħux iktar hawnhekk.”
19 U n-nies kollha bdew jgħidu lil Samwel: “Itlob+ għan-nom tal-qaddejja tiegħek lil Ġeħova Alla tiegħek, għax ma rridux immutu; għaliex mad-dnubiet kollha tagħna żidna dan il-ħażen meta tlabna li jkollna sultan.”