LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 20:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 “‘Inkwantu għal xi ħadd* li jdur lejn il-​medji taʼ l-​ispirti+ u lejn dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet+ sabiex ikollu relazzjoni immorali magħhom, jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra dan il-​bniedem* u naqtgħu minn fost il-​poplu tiegħu.+

  • Dewteronomju 18:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 jew min jagħmel xi magħmul+ fuq ħaddieħor jew xi ħadd li jikkonsulta maʼ medjum taʼ l-​ispirti+ jew min xogħlu hu li jbassar il-​ġrajjiet+ jew xi ħadd li jistħarreġ dwar il-​mejtin.+

  • 1 Samwel 28:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Fl-aħħar, Sawl qal lill-​qaddejja tiegħu: “Fittxuli mara taʼ ħila li hi medjum taʼ l-​ispirti,+ u jien immur għandha u nikkonsulta magħha.” Imbagħad il-​qaddejja tiegħu qalulu: “Ara! Hemm mara taʼ ħila li hi medjum taʼ l-​ispirti f’Għajn-dor.”+

  • 1 Kronaki 10:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 B’hekk, Sawl miet minħabba l-​infedeltà tiegħu għaliex aġixxa bla fidi+ kontra Ġeħova peress li ma żammx il-​kelma taʼ Ġeħova u wkoll minħabba li staqsa lil medjum taʼ l-​ispirti+ sabiex jistħarreġ il-​mejtin.

  • 2 Kronaki 33:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U għadda lil uliedu stess min-​nar+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ u pprattika l-​maġija+ u t-​teħbir+ u s-​seħer+ u ħatar medji taʼ l-​ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-​ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.+

  • Isaija 8:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-​medji taʼ l-​ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-​ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-​nom taʼ persuni ħajjin?+

  • Galatin 5:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 l-idolatrija, l-​ipprattikar taʼ l-​ispiritiżmu,+ il-​mibegħda, il-​ġlied, l-​għira, l-​għadab, it-​tilwim, il-​firda, is-​setet,

  • Rivelazzjoni 21:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 Imma l-​beżżiegħa u dawk li m’għandhomx fidi+ u dawk li huma moqżieża fi ħmieġhom+ u l-​qattilin+ u ż-​żienja+ u dawk li jipprattikaw l-​ispiritiżmu u l-​idolatri+ u l-​giddibin kollha,+ sehemhom ikun fl-​għadira taqbad bin-​nar+ u l-​kubrit.+ Din tfisser it-​tieni mewt.”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja