LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 22:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 “Saħħara tħallihiex tgħix.+

  • Levitiku 19:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 “‘Iddurux lejn il-​medji taʼ l-​ispirti,*+ u tikkonsultawx maʼ dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet,+ u b’hekk issiru mhux nodfa minħabba fihom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.

  • Levitiku 20:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 “‘Inkwantu għal xi ħadd* li jdur lejn il-​medji taʼ l-​ispirti+ u lejn dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet+ sabiex ikollu relazzjoni immorali magħhom, jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra dan il-​bniedem* u naqtgħu minn fost il-​poplu tiegħu.+

  • 1 Samwel 15:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 għax ir-​ribelljoni+ hi l-​istess bħad-​dnub tat-​teħbir,+ u l-​prużunzjoni l-​istess bħall-​magħmul u t-​terafim.*+ Ladarba int ċħadt il-​kelma taʼ Ġeħova,+ hu jiċħad lilek milli tkun sultan.”+

  • 1 Samwel 28:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Issa Samwel kien miet, u Israel kollu kien bkieh u difnu f’Rama, il-​belt tiegħu.+ U Sawl kien neħħa mill-​pajjiż lill-​medji taʼ l-​ispirti u lil dawk li xogħolhom kien li jbassru l-​ġrajjiet.+

  • Isaija 8:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-​medji taʼ l-​ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-​ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-​nom taʼ persuni ħajjin?+

  • Lhud 3:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 Attenti, ħuti, li ma tmurx tiżviluppa f’xi ħadd minnkom qalb mill-​agħar li tkun nieqsa mill-​fidi u titbiegħdu mill-​Alla l-​ħaj;+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja