Esdra
2 U dawn kienu wlied il-provinċja+ li telgħu mill-jasar tal-poplu eżiljat,+ li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, kien ħa fl-eżilju+ f’Babilonja u li iktar tard marru lura+ lejn Ġerusalemm u Ġuda,+ kull wieħed lejn beltu; 2 dawk li ġew maʼ Żerubbabel,+ Ġeswa,*+ Neħemija, Seraja,+ Regħlaja, Mordekaj, Bilsan, Mispar, Bigwaj, Reħum, Bagħnah.
L-għadd taʼ l-irġiel tal-poplu taʼ Israel: 3 Ulied Pargħos,+ elfejn, mija u tnejn u sebgħin; 4 ulied Sefatija,+ tliet mija u tnejn u sebgħin; 5 ulied Araħ,+ sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin; 6 ulied Paħat-mowab,*+ minn ulied Ġeswa u Ġowab,+ elfejn, tmien mija u tnax; 7 ulied Għelam,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 8 ulied Żattu,+ disaʼ mija u ħamsa u erbgħin; 9 ulied Żakkaj,+ sebaʼ mija u sittin; 10 ulied Bani,*+ sitt mija u tnejn u erbgħin; 11 ulied Bebaj,+ sitt mija u tlieta u għoxrin; 12 ulied Għażgad,+ elf, mitejn u tnejn u għoxrin; 13 ulied Adonikam,+ sitt mija u sitta u sittin; 14 ulied Bigwaj,+ elfejn u sitta u ħamsin; 15 ulied Għadin,+ erbaʼ mija u erbgħa u ħamsin; 16 ulied Ater,+ minn dar Ħeżekija, tmienja u disgħin; 17 ulied Bezaj,+ tliet mija u tlieta u għoxrin; 18 ulied Ġoraħ,* mija u tnax; 19 ulied Ħasum,+ mitejn u tlieta u għoxrin; 20 ulied Gibbar,*+ ħamsa u disgħin; 21 ulied Betlehem,+ mija u tlieta u għoxrin; 22 l-irġiel taʼ Netofa,+ sitta u ħamsin; 23 l-irġiel t’Għanatot,+ mija u tmienja u għoxrin; 24 ulied Għażmawet,+ tnejn u erbgħin; 25 ulied Kirjat-ġegħarim,+ Kefira, u Birot, sebaʼ mija u tlieta u erbgħin; 26 ulied Rama+ u Geba,+ sitt mija u wieħed u għoxrin; 27 l-irġiel taʼ Mikmas,+ mija u tnejn u għoxrin; 28 l-irġiel taʼ Betel+ u Għaj,+ mitejn u tlieta u għoxrin; 29 ulied Nebo,*+ tnejn u ħamsin; 30 ulied Magbis, mija u sitta u ħamsin; 31 ulied Għelam+ l-ieħor, elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 32 ulied Ħarim,+ tliet mija u għoxrin; 33 ulied Lod,+ Ħadid,+ u Ono,+ sebaʼ mija u ħamsa u għoxrin; 34 ulied Ġeriko,+ tliet mija u ħamsa u erbgħin; 35 ulied Senagħa,+ tlett elef, sitt mija u tletin.
36 Il-qassisin:+ Ulied Ġedaja+ minn dar Ġeswa,+ disaʼ mija u tlieta u sebgħin; 37 ulied Immer,+ elf u tnejn u ħamsin; 38 ulied Pasħur,+ elf, mitejn u sebgħa u erbgħin; 39 ulied Ħarim,+ elf u sbatax.
40 Il-Leviti:+ Ulied Ġeswa+ u Kadmijel,+ minn ulied Ħodawija,+ erbgħa u sebgħin. 41 L-għannejja, ulied Asaf,+ mija u tmienja u għoxrin. 42 Ulied l-għassiesa tal-bibien, ulied Sallum,+ ulied Ater,+ ulied Talmon,+ ulied Għakkub,+ ulied Ħatita,+ ulied Sobaj, b’kollox, mija u disgħa u tletin.
43 In-Netinin:*+ Ulied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabbagħot,+ 44 ulied Keros, ulied Sigħaħa, ulied Padon,+ 45 ulied Lebana, ulied Ħagaba, ulied Għakkub, 46 ulied Ħagab, ulied Salmaj,+ ulied Ħanan, 47 ulied Giddel, ulied Gaħar,+ ulied Regħaja, 48 ulied Resin,+ ulied Nekoda, ulied Gażżam,49 ulied Użża, ulied Pasegħa,+ ulied Besaj, 50 ulied Asna, ulied Megħunim, ulied Nefusim;+ 51 ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,+ 52 ulied Baslut, ulied Meħida, ulied Ħarsa,+ 53 ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,+ 54 ulied Nesija, ulied Ħatifa.+
55 Ulied il-qaddejja taʼ Salamun:+ Ulied Sotaj, ulied Soferet, ulied Peruda,+ 56 ulied Ġagħlah, ulied Darkon, ulied Giddel,+ 57 ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokeret-ħassebajim, ulied Ami.+
58 In-Netinin+ u wlied il-qaddejja taʼ Salamun kollha kienu tliet mija u tnejn u disgħin.+
59 U dawn kienu li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon u Immer, u ma setgħux jgħidu liema kienet dar missirijiethom u l-oriġini+ tagħhom, jekk kinux minn Israel: 60 ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda,+ sitt mija u tnejn u ħamsin. 61 U minn ulied il-qassisin:+ ulied Ħabaja, ulied Ħakkos,+ ulied Barżillaj,+ li ħa b’martu waħda mill-bniet taʼ Barżillaj,+ il-Gilegħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom. 62 Dawn kienu li fittxew ir-reġistru tagħhom biex jistabbilixxu pubblikament il-ġenealoġija tagħhom, u ma sabuhx, u għalhekk kienu meqjusin bħala mniġġsin u ma setgħux ikunu qassisin.+ 63 Għaldaqstant, it-Tirsata*+ qalilhom li ma setgħux jieklu+ mill-affarijiet l-iktar imqaddsin sakemm ikun hemm qassis bl-Urim+ u t-Tummim.
64 Il-kongregazzjoni kollha bħala ġemgħa+ kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ,+ 65 minbarra l-ilsiera tagħhom irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin ruħ; u kellhom mitejn għannej,+ irġiel u nisa. 66 Żwiemel kellhom sebaʼ mija u sitta u tletin, bgħula mitejn u ħamsa u erbgħin,+ 67 iġmla erbaʼ mija u ħamsa u tletin, u ħmir sitt elef, sebaʼ mija u għoxrin.+
68 U meta xi wħud mill-kapijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier+ ġew lejn id-dar taʼ Ġeħova,+ li kienet f’Ġerusalemm,+ għamlu offerti volontarji+ għad-dar taʼ l-Alla l-veru, ħalli terġaʼ titlaʼ fil-post+ fejn kienet qabel. 69 Skond kemm kienu jistgħu, taw deheb+ għall-provvisti tax-xogħol, wieħed u sittin elf drakma,* u fidda,+ ħamest elef mina, u mitt libsa twila+ tal-qassisin. 70 U l-qassisin u l-Leviti u xi wħud mill-poplu,+ l-għannejja u l-għassiesa tal-bibien u n-Netinin marru joqogħdu fi bliethom, u l-Israelin kollha marru fi bliethom.+