LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 1 Kronaki 15:28
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 28 U l-​Israelin kollha kienu qed itellgħu l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova b’għajat taʼ ferħ+ u bid-​daqq tal-​qarn+ u bit-​trumbetti+ u biċ-​ċimbali,+ idoqqu b’ħoss qawwi l-​istrumenti tal-​korda u l-​arpi.+

  • 2 Kronaki 5:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 u l-​Leviti,+ li kienu l-​għannejja tagħhom kollha, jiġifieri, t’Asaf,+ taʼ Ħeman,+ u taʼ Ġedutun,+ u taʼ wliedhom u taʼ ħuthom, lebsin drapp fin u kellhom iċ-​ċimbali,+ l-​istrumenti tal-​korda,+ u l-​arpi,+ kienu weqfin in-​naħa tal-​lvant taʼ l-​artal u flimkien magħhom mija u għoxrin qassis idoqqu t-​trumbetti;+

  • 2 Kronaki 7:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U l-​qassisin+ kienu weqfin f’posthom jaqdu dmirhom, u l-​Leviti+ kienu bl-​istrumenti li jakkumpanjaw il-​kant+ lil Ġeħova, li David+ is-​sultan kien għamel biex jirringrazzjaw lil Ġeħova, u jgħidu, “għax għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu;” hekk kienu jgħidu meta David kien joffri tifħir permezz tagħhom; u l-​qassisin kienu qed idoqqu t-​trumbetti+ b’ħoss qawwi quddiemhom, waqt li l-​Israelin kollha kienu bil-​wieqfa.

  • Esdra 3:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Meta l-​bennejja qiegħdu l-​pedament+ tat-​tempju taʼ Ġeħova, imbagħad il-​qassisin lebsin ilbies+ uffiċjali u bit-​trumbetti+ f’idejhom, flimkien mal-​Leviti, ulied Asaf,+ biċ-​ċimbali,+ qamu biex ifaħħru lil Ġeħova kif kien ikkmanda+ David, is-​sultan taʼ Israel.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja