15 Ukoll, gidi,+ bħala offerta għad-dnub, għandu jiġi offrut lil Ġeħova minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment flimkien maʼ l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
21 U dawn ġabu sebaʼ barrin,+ sebaʼ mtaten, sebat iħrief irġiel, u sebaʼ bdabad bħala offerta għad-dnub+ preżentata għas-saltna, għas-santwarju, u għal Ġuda. Għalhekk, hu qal lil ulied Aron, il-qassisin,+ biex joffruhom fuq l-artal taʼ Ġeħova.
17 U għall-inawgurazzjoni tad-dar t’Alla ppreżentaw mitt barri, mitejn muntun, erbaʼ mitt ħaruf, u bħala offerta għad-dnub għal Israel kollu tnax-il bodbod, skond l-għadd tat-tribujiet taʼ Israel.+
35 Dawk li ħarġu mill-jasar, li qabel kienu eżiljati,+ ippreżentaw is-sagrifiċċji tal-ħruq+ lill-Alla taʼ Israel, tnax-il barri+ għal Israel kollu, sitta u disgħin muntun,+ sebgħa u sebgħin ħaruf, tnax-il bodbod+ bħala offerta għad-dnub, kollox bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova.