LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 15:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Biżaʼ u tkexkix jaqgħu fuqhom.+

      Minħabba l-​kobor taʼ driegħek ma jitħarrkux, bħal ġebla,

      Sakemm jgħaddi l-​poplu tiegħek,+ O Ġeħova,

      Sakemm jgħaddi+ l-​poplu li nissilt int.+

  • Dewteronomju 2:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 Illum nibda npoġġi t-​tkexkix u l-​biżaʼ minnek quddiem il-​popli taʼ taħt is-​smewwiet kollha, li se jisimgħu b’aħbarek; u tabilħaqq li se jinkwetaw u jkollhom uġigħ bħal dak tal-​ħlas minħabba fik.’+

  • Dewteronomju 11:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 Ebda bniedem ma jiqfilkom.+ Ġeħova Alla tagħkom iqiegħed it-​tkexkix u l-​biżaʼ minnkom quddiem wiċċ l-​art kollha+ li se tirfsu fuqha, sewwasew bħalma wegħedkom.

  • Ġożwè 2:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Meta smajna dan qlubna bdew idubu,+ u ma kellniex l-​ispirtu biex niqfulkom,+ għax Ġeħova Alla tagħkom hu Alla fis-​smewwiet hemm fuq u fuq l-​art hawn taħt.+

  • Ġożwè 5:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 U ġara li malli s-​slaten kollha taʼ l-​Amurrin,+ li kienu fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​punent, u s-​slaten kollha tal-​Kangħanin,+ li kienu ħdejn il-​baħar, semgħu li Ġeħova kien nixxef l-​ilmijiet tal-​Ġordan minn quddiem ulied Israel sakemm kienu qasmu, imbagħad qlubhom bdew idubu,+ u ma kien baqgħalhom ebda spirtu fihom minħabba wlied Israel.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja