14 B’hekk, Abram semaʼ li l-qarib tiegħu kien ittieħed ilsir.+ Għalhekk, ġabar lill-irġiel imħarrġin tiegħu,+ tliet mija u tmintax-il ilsir imweldin f’daru,+ u ħareġ għal warajhom sa Dan.+
34Imbagħad Mosè telaʼ mill-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab fuq il-muntanja Nebo,+ lejn il-quċċata tal-Pisga,+ li tħares lejn Ġeriko.+ U Ġeħova wrieh l-art kollha, minn Gilegħad sa Dan,+
47 U t-territorju taʼ wlied Dan kien marsus iżżejjed+ għalihom. U wlied Dan telgħu u ggwerraw kontra Lesem+ u rebħuha u ħabtu għaliha b’xifer is-sejf. Imbagħad ħaduha f’idejhom u marru jgħammru fiha, u lil Lesem bdew isejħulha Dan, skond isem missierhom, Dan.+
20Għaldaqstant, ulied Israel kollha, minn Dan+ ’l isfel sa Bir-xeba+ flimkien maʼ l-art taʼ Gilegħad,+ ħarġu+ u l-ġemgħa nġabret bħal bniedem wieħed+ quddiem Ġeħova f’Mispa.+
11 Jien nagħtik dan il-parir: Ħa jinġabar quddiemek, bla dewmien, Israel kollu, minn Dan sa Bir-xeba,+ li hu kotran daqs ir-ramel li hemm ħdejn il-baħar,+ u int personalment tmur tiġġieled.+