47 U t-territorju taʼ wlied Dan kien marsus iżżejjed+ għalihom. U wlied Dan telgħu u ggwerraw kontra Lesem+ u rebħuha u ħabtu għaliha b’xifer is-sejf. Imbagħad ħaduha f’idejhom u marru jgħammru fiha, u lil Lesem bdew isejħulha Dan, skond isem missierhom, Dan.+
2 Għalhekk, David qal lil Ġowab+ u lill-kapijiet tal-poplu: “Morru għoddu+ lil Israel minn Bir-xeba+ sa Dan+ u ejjew għiduli biex inkun naf l-għadd tagħhom.”+
5 Għalhekk, iddeċidew li s-sejħa+ tinstemaʼ f’Israel kollu, minn Bir-xeba+ sa Dan,+ biex jiġu u jiċċelebraw il-Qbiż lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, f’Ġerusalemm; għax ma kinux għamlu dan+ bħala kotra, skond kif hemm miktub.+