12Imbagħad l-irġiel t’Efrajm issejħu flimkien u qasmu lejn it-tramuntana u qalu lil Ġefta: “Għalfejn qsamt tiġġieled kontra wlied Għammon, u lilna ma sejjaħtilniex biex niġu miegħek?+ Darek se naħarquha fuqek bin-nar.”+
41 U, ara, l-irġiel kollha taʼ Israel marru għand is-sultan, u lis-sultan qalulu: “Għala+ ħutna, l-irġiel taʼ Ġuda, ħatfuk sabiex jieħdu lis-sultan u lin-nies taʼ daru u l-irġiel kollha taʼ David miegħu n-naħa l-oħra tal-Ġordan?”+
10 Għaldaqstant, Amażija firidhom, jiġifieri, lit-truppi li kienu ġew għandu minn Efrajm, biex imorru lura lejn posthom. Madankollu, ir-rabja tagħhom xegħlet kontra Ġuda, u b’hekk marru lura lejn posthom b’saħna kbira fuqhom.+