11 Madankollu, il-Fargħun sejjaħ ukoll lill-għorrief u lis-sħaħar;+ u l-qassisin taʼ l-Eġittu li kienu jipprattikaw il-maġija għamlu wkoll l-istess ħaġa bl-arti tal-maġija tagħhom.+
31 “‘Iddurux lejn il-medji taʼ l-ispirti,*+ u tikkonsultawx maʼ dawk li xogħolhom hu li jbassru l-ġrajjiet,+ u b’hekk issiru mhux nodfa minħabba fihom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.
12 Għax kulmin jagħmel dawn l-affarijiet ikun xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova, u minħabba dawn l-affarijiet mistkerrhin Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek.+
6 Għax int abbandunajt lill-poplu tiegħek, id-dar taʼ Ġakobb.+ Għax huma mtlew b’dak li ġej mil-Lvant,+ u jipprattikaw il-maġija+ bħall-Filistin, u huma miżgħudin b’ulied il-barranin.+