15 Għalhekk, in-nies kollha marru Gilgal, u hemmhekk għamlu lil Sawl sultan quddiem Ġeħova f’Gilgal. Imbagħad hemmhekk offrew sagrifiċċji taʼ sħubija quddiem Ġeħova,+ u kien hemmhekk li Sawl u l-irġiel kollha taʼ Israel komplew jithennew bil-kbir.+
13 U Samwel qal lil Sawl: “Tbellaht.+ Ma ħaristx il-kmandament+ li kkmandak Ġeħova Alla tiegħek,+ għaliex, kieku ħaristu, kieku Ġeħova kien jissoda saltnatek fuq Israel għal żmien indefinit.
23 U kien jiġri li, meta l-ispirtu minn Alla kien jiġi fuq Sawl, David kien jaqbad l-arpa u jibda jdoqq b’idu; u Sawl kien jistrieħ u jħossu aħjar, u l-ispirtu ħażin kien jitlaq minn fuqu.+
7 Fl-aħħar, Sawl qal lill-qaddejja tiegħu: “Fittxuli mara taʼ ħila li hi medjum taʼ l-ispirti,+ u jien immur għandha u nikkonsulta magħha.” Imbagħad il-qaddejja tiegħu qalulu: “Ara! Hemm mara taʼ ħila li hi medjum taʼ l-ispirti f’Għajn-dor.”+
4 Imbagħad Sawl qal lil dak li kien iġorrlu l-armi: “Islet sejfek+ u infidni bih, biex ma jiġux dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi+ u jinfduni u jittrattawni bil-kefrija.” U dak li kien iġorrlu l-armi ma riedx,+ għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad is-sejf u nxteħet fuqu.+