LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 33:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Hieni int, O Israel!+

      Min hemm bħalek,+

      Poplu li jgawdi s-​salvazzjoni minn Ġeħova,+

      It-​tarka taʼ l-​għajnuna tiegħek,+

      U s-​sejf eċċezzjonali tiegħek?+

      Għalhekk, l-​għedewwa tiegħek jiġu b’rashom baxxuta quddiemek,+

      U int—int fuq il-​postijiet għoljin tagħhom tirfes.”+

  • Imħallfin 2:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U meta Ġeħova qajmilhom l-​imħallfin,+ Ġeħova kien maʼ l-​imħallef, u salvahom minn id l-​għedewwa tagħhom il-​jiem kollha taʼ l-​imħallef; għax Ġeħova kien jiddispjaċih+ għat-​tnehid tagħhom minħabba dawk li kienu qed jaħqruhom+ u dawk li kienu qed jitfgħuhom ’l hemm u ’l hawn.

  • 2 Slaten 19:34
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 34 U żgur niddefendi+ din il-​belt biex insalvaha minħabba fija stess+ u minħabba David il-​qaddej tiegħi.”’”+

  • Salm 17:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  7 Agħmel atti meraviljużi taʼ qalb tajba bl-​imħabba,+ O Salvatur taʼ dawk li jfittxu l-​kenn

      Minn dawk li jirvellaw kontra idek il-​leminija.+

  • Salm 44:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  7 Għax int salvajtna mill-​avversarji tagħna,+

      U lil dawk mimlijin mibegħda għalina ġegħelthom jistħu.+

  • Isaija 63:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 U kompla jgħid: “Żgur li huma l-​poplu tiegħi,+ ulied li mhux se jkunu foloz.”+ U b’hekk hu sar Salvatur għalihom.+

  • Ħosea 1:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Imma nuri ħniena maʼ dar Ġuda,+ u nsalvahom b’Ġeħova Alla tagħhom;+ imma m’iniex se nsalvahom b’qaws jew b’sejf jew bi gwerra, bi żwiemel jew b’rikkieba taż-​żwiemel.”+

  • 1 Timotju 4:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Għax għal dan l-​għan qed naħdmu iebes u nistinkaw,+ għax qegħedna t-​tama tagħna+ f’Alla ħaj, li hu s-​Salvatur+ taʼ kull xorta taʼ bnedmin,+ speċjalment taʼ wħud leali.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja