49 U wlied Sawl kienu Ġonatan,+ Iswi, u Malki-sugħa,+ u, dwar l-ismijiet taż-żewġt ibniet tiegħu, dik li twieldet l-ewwel kien jisimha Merab+ u ż-żgħira kien jisimha Mikal.+
17 Sa fl-aħħar, Sawl qal lil David: “Hawn hi binti l-kbira Merab.+ Lilha nagħtik bħala martek.+ Biss urini li int qalbieni u ġġieled il-gwerer taʼ Ġeħova.”+ Imma Sawl qal bejnu u bejn ruħu: “Ma tkunx idi li tiġi fuqu, imma tkun id il-Filistin li tiġi fuqu.”+
21 Għalhekk, Sawl qal: “Nagħtihielu biex isservi taʼ nassa għalih,+ u sabiex id il-Filistin tiġi fuqu.” Għaldaqstant, Sawl qal lil David: “Permezz taʼ waħda miż-żewġ nisa se titħallat b’rabta taż-żwieġ miegħi llum.”