LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 32:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 Huma, min-​naħa tagħhom, qanqluni għall-​għira b’dawk li m’humiex allat;+

      Dejquni bl-​idoli fiergħa tagħhom;+

      U jien, min-​naħa tiegħi, se nqanqalhom għall-​għira b’dak li m’huwiex poplu;+

      B’ġens stupidu se noffendihom.+

  • 1 Samwel 12:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 U titwarrbux biex issegwu affarijiet m’humiex reali+ li m’huma t’ebda benefiċċju+ u li ma jeħilsux lil dak li jkun, għaliex huma affarijiet m’humiex reali.

  • 2 Slaten 17:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 u baqgħu jiċħdu r-​regolamenti tiegħu u l-​patt+ li kien għamel maʼ missirijiethom u t-​tfakkiriet tiegħu+ li wissiehom bihom, u segwew l-​idoli fiergħa+ u saru fiergħa+ huma stess, iva, billi imitaw lill-​ġnus li kienu mdawrin bihom u li dwarhom Ġeħova kien ikkmandahom biex ma jagħmlux bħalhom.+

  • Isaija 41:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Ara! Ilkoll huma xi ħaġa li ma teżistix. Xogħol idejhom m’hu xejn. Ix-​xbihat tagħhom magħmulin minn metall imdewweb huma riħ u m’humiex reali.+

  • Ġeremija 10:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-​metall jistħi minħabba x-​xbieha skolpita;+ għax ix-​xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-​ebda spirtu fihom.+

  • Atti 14:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 u jgħidu: “Irġiel, għala qed tagħmlu dan? Aħna wkoll bnedmin+ bl-​istess dgħjufijiet+ bħal tagħkom, u qed inxandrulkom l-​aħbar tajba, biex tħallu dawn il-​frugħat+ u dduru lejn l-​Alla l-​ħaj,+ li għamel is-​sema+ u l-​art u l-​baħar u kulma fihom.

  • Rumani 1:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 u bidlu l-​glorja+ taʼ l-​Alla li ma jitħassarx maʼ xi ħaġa bħax-​xbieha+ tal-​bniedem li jitħassar u taʼ l-​għasafar u tal-​ħlejjaq b’erbaʼ saqajn u taʼ l-​annimali li jitkaxkru.+

  • 1 Korintin 8:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Dwar li wieħed jiekol+ l-​ikel offrut lill-​idoli: nafu li idolu m’hu xejn+ fid-​dinja u li hemm biss Alla wieħed.+

  • 1 Korintin 10:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 Allura, xi rrid ngħid? Li dak li hu sagrifikat lil xi idolu hu xi ħaġa, jew li idolu hu xi ħaġa?+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja