22 B’hekk, Ġeħova salva lil Ħeżekija u lill-abitanti taʼ Ġerusalemm minn id Sennakerib, is-sultan taʼ l-Assirja,+ u minn id l-oħrajn kollha u tahom il-mistrieħ minn kullimkien.+
24 Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-armati: “Tibżax, O poplu tiegħi li tgħammar f’Sijon,+ minħabba l-Assirjan, li kien isawtek bil-ħatar+ u li kien jgħolli l-bastun tiegħu kontrik bħalma kien jagħmel l-Eġittu.+