2 Samwel
8 U ġara li mbagħad David ħabat għall-Filistin+ u rażżanhom,+ u David ħa Meteg-amma minn id il-Filistin.
2 U ssokta jaħbat għall-Mowabin+ u kejjilhom b’ħabel, u ġegħelhom jimteddu maʼ l-art, sabiex ikejjel żewġ ħbula ħalli joqtolhom, u ħabel sħiħ biex iħallihom ħajjin;+ u l-Mowabin saru l-qaddejja taʼ David+ biex iġibulu l-ħaraġ.+
3 U David issokta jaħbat għal Ħadadgħeżer,+ bin Reħob, is-sultan taʼ Soba,+ meta dan kien sejjer fi triqtu biex jerġaʼ jkollu l-kontroll ħdejn ix-xmara Ewfrat.+ 4 U David ħa mingħandu elf u sebaʼ mitt rikkieb taż-żwiemel u għoxrin elf raġel bil-mixi;+ u David qataʼ l-għerq taʼ l-għarqub+ taż-żwiemel tal-karrijiet kollha,+ imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-karrijiet.
5 Meta s-Sirja taʼ Damasku+ ġiet biex tgħin lil Ħadadgħeżer, is-sultan taʼ Soba, David imbagħad qatel tnejn u għoxrin elf raġel minn fost is-Sirjani.+ 6 Barra minn hekk, David qiegħed għases tas-suldati+ fis-Sirja taʼ Damasku; u s-Sirjani saru l-qaddejja taʼ David u kienu jġibulu l-ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 7 Iktar minn hekk, David ħa t-tarki tondi+ tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ġabhom Ġerusalemm. 8 U minn Beta* u Berotaj, bliet taʼ Ħadadgħeżer, is-Sultan David ħa kwantità kbira ferm taʼ ram aħmar.+
9 Issa Togħi,* is-sultan taʼ Ħamat,+ semaʼ li David kien qatel lill-qawwa militari kollha taʼ Ħadadgħeżer.+ 10 Għalhekk, Togħi bagħat lil ibnu Ġoram għand is-Sultan David biex jistaqsih kif inhu+ u jifraħlu minħabba l-fatt li kien iġġieled kontra Ħadadgħeżer u qatlu (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħi); u f’idu kien hemm oġġetti tal-fidda u oġġetti tad-deheb u oġġetti tar-ram aħmar.+ 11 Dawn ukoll is-Sultan David qaddishom lil Ġeħova, flimkien mal-fidda u d-deheb li kien qaddes mill-ġnus kollha li kien rażżan,+ 12 mis-Sirja, minn Mowab,+ mingħand ulied Għammon, mingħand il-Filistin,+ minn Għamalek,+ u mill-priża taʼ Ħadadgħeżer, bin Reħob, is-sultan taʼ Soba.+ 13 U David għamel isem għalih meta ġie lura wara li qatel lill-Edomin f’Wied il-Melħ+—tmintax-il elf.+ 14 U ħalla għases tas-suldati f’Edom.+ F’Edom kollu qiegħed l-għases tas-suldati, u l-Edomin kollha saru qaddejja taʼ David;+ u Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+
15 U David baqaʼ jsaltan fuq Israel kollu;+ u David amministra kontinwament il-ġustizzja u s-sewwa+ għall-poplu kollu tiegħu.+ 16 U Ġowab,+ bin Seruja, kien fuq l-armata; u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien reġistratur. 17 U Sadok,+ bin Aħitub, u Aħimelek,+ bin Abjatar, kienu qassisin, u Seraja kien segretarju. 18 U Benaja,+ bin Ġeħojada, kien fuq il-Keretin+ u l-Peletin.+ U wlied David saru uffiċjali ewlenin.*+