1 Kronaki
18 U ġara li mbagħad David ħabat għall-Filistin+ u rażżanhom u ħa lil Gat+ u l-bliet li jiddependu minnha minn id il-Filistin. 2 Imbagħad ħabat għal Mowab,+ u l-Mowabin saru l-qaddejja taʼ David li jġibulu l-ħaraġ.+
3 U f’Ħamat,+ David issokta jaħbat għal Ħadadgħeżer,+ is-sultan taʼ Soba,+ meta dan kien sejjer fi triqtu biex jistabbilixxi l-kontroll tiegħu ħdejn ix-xmara Ewfrat.+ 4 U David ħa mingħandu elf karru u sebat elef rikkieb taż-żwiemel u għoxrin elf raġel bil-mixi.+ Imbagħad David qataʼ l-għerq taʼ l-għarqub+ taż-żwiemel+ tal-karrijiet kollha, imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-karrijiet. 5 Meta s-Sirja taʼ Damasku ġiet biex tgħin lil Ħadadgħeżer, is-sultan taʼ Soba,+ David qatel tnejn u għoxrin elf raġel minn fost is-Sirjani. 6 Imbagħad David qiegħed għases tas-suldati fis-Sirja taʼ Damasku,+ u s-Sirjani saru l-qaddejja taʼ David li jġibulu l-ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 7 Iktar minn hekk, David ħa t-tarki tondi+ tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ġabhom Ġerusalemm.+ 8 U minn Tibħat+ u Kun, bliet taʼ Ħadadgħeżer, David ħa kwantità kbira taʼ ram aħmar. Bih Salamun għamel il-baħar* tar-ram aħmar+ u l-kolonni+ u l-għodod tar-ram aħmar.+
9 Meta Togħu,* is-sultan taʼ Ħamat,+ semaʼ li David kien qatel lill-qawwa militari kollha taʼ Ħadadgħeżer,+ is-sultan taʼ Soba, 10 hu minnufih bagħat lil ibnu Ħadoram+ għand is-Sultan David biex jistaqsih kif inhu u jifraħlu minħabba l-fatt li kien iġġieled kontra Ħadadgħeżer u qatlu, (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħu) u Ħadoram kellu miegħu kull tip t’oġġetti tad-deheb, tal-fidda,+ u tar-ram aħmar. 11 Dawn ukoll is-Sultan David qaddishom+ lil Ġeħova flimkien mal-fidda u d-deheb li kien ġarr mill-ġnus kollha,+ minn Edom, minn Mowab,+ mingħand ulied Għammon,+ mingħand il-Filistin,+ u minn Għamalek.+
12 U Abisaj,+ bin Seruja,+ qatel lill-Edomin f’Wied il-Melħ,+ tmintax-il elf. 13 Għalhekk, hu qiegħed għases tas-suldati f’Edom, u l-Edomin kollha saru qaddejja+ taʼ David. U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 14 U David baqaʼ jsaltan fuq Israel kollu,+ u amministra kontinwament il-ġustizzja u s-sewwa għall-poplu kollu tiegħu.+ 15 U Ġowab, bin Seruja, kien fuq l-armata,+ u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien ir-reġistratur. 16 U Sadok,+ bin Aħitub, u Aħimelek,+ bin Abjatar, kienu qassisin, u Sawsa+ kien is-segretarju. 17 U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ kien fuq il-Keretin+ u l-Peletin;+ u wlied David kienu l-uffiċjali ewlenin maġenb is-sultan.+