5 “Mill-banda l-oħra, dan għandkom tagħmlulhom: L-artali tagħhom għandkom iġġarrfuhom,+ u l-pilastri sagri tagħhom għandkom tkissruhom,+ u l-arbli sagri tagħhom+ għandkom tqaċċtuhom,+ u x-xbihat minquxin tagħhom għandkom taħarquhom fin-nar.+
4 Kien hu li neħħa l-postijiet għall-qima*+ u kisser il-pilastri sagri+ u qaċċat l-arblu sagru+ u farrak is-serp tar-ram aħmar+ li kien għamel Mosè;+ għax sa dak iż-żmien ulied Israel kienu baqgħu joffrulu d-duħħan tas-sagrifiċċji,+ u lill-idolu kienu jsejħulu s-serp tar-ram aħmar.+
3 U fit-tmien sena tar-renju tiegħu, meta kien għadu tifel,+ beda jfittex+ lil Alla taʼ David, missieru; u fit-tnax-il sena beda jnaddaf+ lil Ġuda u lil Ġerusalemm mill-postijiet għall-qima*+ u mill-arbli sagri+ u mix-xbihat minquxin+ u mill-istatwi magħmulin minn metall imdewweb.