LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 26:30
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 30 U żgur li nġib fix-​xejn il-​postijiet għall-​qima* sagri tagħkom+ u neqred l-​artali taʼ l-​inċens tagħkom u nqiegħed l-​iġsma mejtin tagħkom fuq il-​fdalijiet taʼ l-​idoli tagħkom moqżieża daqs id-​demel;+ u ruħi tistmerrkom.+

  • Numri 33:52
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 52 U keċċu minn quddiemkom l-​abitanti kollha taʼ din l-​art u eqirdu l-​figuri tal-​ġebel kollha tagħhom,+ u eqirdu x-​xbihat kollha tagħhom magħmulin minn metall imdewweb,+ u ġibu fix-​xejn il-​postijiet għall-​qima* sagri kollha tagħhom.+

  • 1 Slaten 3:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 U n-​nies kienu qed joffru sagrifiċċji f’ċerti postijiet għall-​qima,*+ għax sa dakinhar kienet għadha ma nbnietx dar għal isem Ġeħova.+

  • 2 Slaten 14:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Kienu biss il-​postijiet għall-​qima* li ma tneħħewx.+ In-​nies kienu għadhom joffru s-​sagrifiċċji u d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima.+

  • Salm 78:58
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 58 U baqgħu joffenduh bil-​postijiet tagħhom għall-​qima,*+

      U bix-​xbihat minquxin tagħhom baqgħu jqanqluh għall-​għira.*+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja