21 U s-Sultan Ġeħojakim+ u l-irġiel setgħanin kollha tiegħu u l-prinċpijiet kollha semgħu x’kien qed jgħid, u s-sultan ipprova joqtlu.+ Malli Urijah sar jaf b’dan, minnufih imtela bil-biżaʼ,+ u ħarab lejn l-Eġittu.
32 U Ġeremija ħa romblu ieħor u tah lil Baruk bin Nerija, is-segretarju.+ Dan imbagħad kiteb fih minn fomm+ Ġeremija l-kliem kollu tal-ktieb li Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda, kien ħaraq fin-nar;+ u miegħu ġie miżjud ħafna kliem ieħor bħalu.