25 U ġara dak il-lejl li Ġeħova qallu: “Ħu l-barri ż-żgħir, il-barri taʼ missierek, jiġifieri, it-tieni barri żgħir taʼ sebaʼ snin, u ġarraf l-artal taʼ Bagħal+ li għandu missierek, u qaċċat l-arblu sagru li hemm ħdejh.+
4 Kien hu li neħħa l-postijiet għall-qima*+ u kisser il-pilastri sagri+ u qaċċat l-arblu sagru+ u farrak is-serp tar-ram aħmar+ li kien għamel Mosè;+ għax sa dak iż-żmien ulied Israel kienu baqgħu joffrulu d-duħħan tas-sagrifiċċji,+ u lill-idolu kienu jsejħulu s-serp tar-ram aħmar.+
6 Iżjed minn hekk, hu ħareġ l-arblu sagru+ mid-dar taʼ Ġeħova u ħadu barra Ġerusalemm, lejn il-wied* taʼ Kidron, u ħarqu+ fil-wied taʼ Kidron u ġabu trab u tefaʼ t-trab tiegħu fejn kienu jindifnu+ n-nies komuni.