Dewteronomju 23:21 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 21 “Jekk twiegħed wegħda lil Ġeħova+ Alla tiegħek, m’għandekx titnikker biex troddha,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek żgur li jitlobha mingħandek, u dan ikun dnub min-naħa tiegħek.+ Salm 15:4 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 4 F’għajnejh, kulmin hu taʼ min jistmerru għandu jitwarrab,+Imma jonora lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova.+Għalkemm dak li ħalef jistaʼ jkun taʼ ħsara għalih, xorta ma jbiddlux.+ Salm 76:11 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 11 Agħmlu wegħdi lil Ġeħova Alla tagħkom u rodduhom, intom ilkoll li qegħdin madwaru.+Ġibu għotja bil-biżaʼ.+ Ekkleżjasti 5:4 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 4 Kulmeta twiegħed wegħda lil Alla, taħsibhiex darbtejn biex troddha,+ għax ma fihomx għaxqa l-istupidi.+ Dak li twiegħed, roddu.+ Ġona 2:9 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 9 Imma ngħid għalija, b’leħen taʼ radd il-ħajr se noffrilek sagrifiċċji.+Dak li wegħedt, se rroddu.+ Is-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.”+ Mattew 5:33 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 33 “Jerġaʼ smajtu li lil dawk taʼ żmien il-qedem intqalilhom, ‘Tiksirx il-ħalfa+ li tagħmel, imma wettaq il-wegħdi li tagħmel lil Ġeħova.’+
21 “Jekk twiegħed wegħda lil Ġeħova+ Alla tiegħek, m’għandekx titnikker biex troddha,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek żgur li jitlobha mingħandek, u dan ikun dnub min-naħa tiegħek.+
4 F’għajnejh, kulmin hu taʼ min jistmerru għandu jitwarrab,+Imma jonora lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova.+Għalkemm dak li ħalef jistaʼ jkun taʼ ħsara għalih, xorta ma jbiddlux.+
11 Agħmlu wegħdi lil Ġeħova Alla tagħkom u rodduhom, intom ilkoll li qegħdin madwaru.+Ġibu għotja bil-biżaʼ.+
4 Kulmeta twiegħed wegħda lil Alla, taħsibhiex darbtejn biex troddha,+ għax ma fihomx għaxqa l-istupidi.+ Dak li twiegħed, roddu.+
9 Imma ngħid għalija, b’leħen taʼ radd il-ħajr se noffrilek sagrifiċċji.+Dak li wegħedt, se rroddu.+ Is-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.”+
33 “Jerġaʼ smajtu li lil dawk taʼ żmien il-qedem intqalilhom, ‘Tiksirx il-ħalfa+ li tagħmel, imma wettaq il-wegħdi li tagħmel lil Ġeħova.’+