30 Imma jekk hi xi ħaġa ġdida li Ġeħova se joħloq,+ u l-art ikollha tiftaħ fommha u tiblaʼ lilhom+ u kulma hu tagħhom u jkollhom jinżlu ħajjin fil-Qabar,*+ imbagħad tkunu tafu fiċ-ċert li dawn l-irġiel urew nuqqas taʼ rispett lejn Ġeħova.”+
23 U Aħitofel ra li l-parir tiegħu m’aġixxewx fuqu,+ u xedd sarġ lil ħmar u qam u telaq lejn daru f’beltu.+ Imbagħad ta l-ordnijiet lin-nies taʼ daru+ u tgħallaq,+ u b’hekk miet.+ Għalhekk, indifen+ fil-post fejn indifnu missirijietu.
14 U Ġowab qallu: “Ħa ma nibqax hawnhekk b’dan il-mod quddiemek!” U malli qal hekk qabad tliet vleġeġ f’idu u niffidhom+ f’qalb Absalom waqt li kien għadu ħaj qalb+ il-friegħi tas-siġra l-kbira.