4 wara li għeleb lil Siħon,+ is-sultan taʼ l-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon, u lil Għog,+ is-sultan tal-Basan, li kien jgħammar f’Għastarot,+ f’Edrej.+
7 Maż-żmien ġejtu f’dan il-post, u Siħon, is-sultan taʼ Ħesbon,+ u Għog,+ is-sultan tal-Basan, ħarġu jiltaqgħu magħna għall-battalja, imma għelibniehom.+
10 Għax aħna smajna kif Ġeħova nixxef l-ilmijiet tal-Baħar l-Aħmar minn quddiemkom meta ħriġtu mill-Eġittu,+ u x’għamiltu liż-żewġ slaten taʼ l-Amurrin li kienu fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan, jiġifieri, Siħon+ u Għog,+ li lilhom intom qridtu għalkollox.*+
21 Għal dan, Ġeħova l-Alla taʼ Israel ta lil Siħon u lin-nies kollha tiegħu f’idejn Israel, u b’hekk ħabat għalihom u Israel ħa f’idejh l-art kollha taʼ l-Amurrin li kienu joqogħdu f’dik l-art.+